5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 300/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/318]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1850 tal-21 ta’ Novembru 2018 li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (“Гроздова ракия от Търговище/Grozdova rakya ot Targovishte” (IĠ)) (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1871 tat-23 ta’ Novembru 2018 li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (“Карнобатска гроздова ракия”/“Гроздова ракия от Карнобат”/“Karnobatska grozdova rakya”/“Grozdova rakya ot Karnobat” (IĠ)) (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 9 (ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32018 R 1850: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1850 tal-21 ta’ Novembru 2018 (ĠU L 302, 28.11.2018, p. 1),

32018 R 1871: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1871 tat-23 ta’ Novembru 2018 (ĠU L 306, 30.11.2018, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2018/1850 u (UE) 2018/1871 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 302, 28.11.2018, p. 1.

(2)   ĠU L 306, 30.11.2018, p. 7.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.