|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 299/2019
tat-13 ta’ Diċembru 2019
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/317]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1067 tal-1 ta’ Lulju 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1098 tat-2 ta’ Awwissu 2018 li jemenda u li jikkoreġi l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/335 tas-27 ta’ Frar 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-reġistrazzjoni tax-xarba spirituża “Tequila” bħala indikazzjoni ġeografika (3) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/674 tad-29 ta’ April 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż (4) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(6) |
Jenħtieġ, għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 9 (ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32016 R 1067: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1067 tal-1 ta’ Lulju 2016 (ĠU L 178, 2.7.2016, p. 1), |
|
— |
32018 R 1098: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1098 tat-2 ta’ Awwissu 2018 (ĠU L 197, 3.8.2018, p. 7), |
|
— |
32019 R 0335: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/335 tas-27 ta’ Frar 2019 (ĠU L 60, 28.2.2019, p. 3), |
|
— |
32019 R 0674: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/674 tad-29 ta’ April 2019 (ĠU L 114, 30.4.2019, p. 7).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/1067, (UE) 2018/1098, (UE) 2019/335 u (UE) 2019/674 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(4) ĠU L 114, 30.4.2019, p. 7.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.