|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 285/2019
tat-13 ta’ Diċembru 2019
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/303]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/552 tal-4 ta’ April 2019 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-ażossistrobina, tal-biċiklopiron, tal-klormekwat, taċ-ċiprodinil, tad-difenokonażol, tal-fenpropimorf, tal-fenpirossimat, tal-fluwopiram, tal-fosetil, tal-isoprotijolan, tal-isopirażam, tal-ossamil, tal-protijokonażol, tal-ispinetoram, tat-trifloksistrobin u tat-triflumeżopirim f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32019 R 0552: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/552 tal-4 ta’ April 2019 (ĠU L 96, 5.4.2019, p. 6).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32019 R 0552: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/552 tal-4 ta’ April 2019 (ĠU L 96, 5.4.2019, p. 6).” |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament (UE) 2019/552 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.