|
5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 280/2019
tat-13 ta’ Diċembru 2019
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/299]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti. Il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE u għalhekk id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, minbarra ħut u annimali tal-akkwakultura. Id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura, ma għandhomx japplikaw għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723 jħassar, b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019, id-Deċiżjoni 2006/778/KE (2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/188/UE (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement iridu jitħassru skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019. |
|
(6) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 11b (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31q (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II:
|
|
3. |
It-test tal-punt 14 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/188/UE) fil-Parti 9.1 tal-Kapitolu I u l-punt 4 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE) fil-Parti 9.2 tal-Kapitolu I għandhom jitħassru b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019. |
Artikolu 2
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 164 (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II:
|
“164a. |
32019 R 0723: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri (ĠU L 124, 13.5.2019, p. 1).” |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 124, 13.5.2019, p. 1.
(2) ĠU L 314, 15.11.2006, p. 39.
(3) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 107.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
(4) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.