5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 274/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/293]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1177 tal-10 ta’ Lulju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-ġelatina, tal-interjuri għat-taħwir u tax-xaħmijiet imdewba (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32019 R 1177: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1177 tal-10 ta’ Lulju 2019 (ĠU L 185, 11.7.2019, p. 26).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1177 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 185, 11.7.2019, p. 26.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.