5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 273/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2020/292]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1099 tal-1 ta’ Awwissu 2018 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jittrattaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2018/136 tal-Kummissjoni fir-rigward tad-denominazzjoni ta’ laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nnominat għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:

“—

32018 D 1099: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1099 tal-1 ta’ Awwissu 2018 (ĠU L 197, 3.8.2018, p. 11).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 48 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/136) fil-Parti 3.2:

“, kif emendata bi:

32018 D 1099: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1099 tal-1 ta’ Awwissu 2018 (ĠU L 197, 3.8.2018, p. 11).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1099 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 197, 3.8.2018, p. 11.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.