30.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2018

tat-23 ta’ Marzu 2018

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2020/89]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1402 tat-28 ta’ Lulju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-BMW AG tal-engine idle coasting bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 21aez (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21aeza.

32017 D 1402: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1402 tat-28 ta’ Lulju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-BMW AG tal-engine idle coasting bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 29.7.2017, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1402 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 199, 29.7.2017, p. 14.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.