30.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2018

tat-23 ta’ Marzu 2018

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2020/82]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 tal-1 ta’ April 2016 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1440 tat-8 ta’ Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/480 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/480 iħassar, b’effett mit-30 ta’ Jannar 2019, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mit-30 ta’ Jannar 2019.

(4)

Għalhekk, l-Anness tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 19ac (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/403):

“19ad.

32016 R 0480: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 tal-1 ta’ April 2016 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 4), kif emendat bi:

32017 D 1440: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1440 tat-8 ta’ Awwissu 2017 (ĠU L 206, 9.8.2017, p. 3).”

2.

It-test tal-punt 19ab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2010) għandu jitħassar b’effett mit-30 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/480 u (UE) 2017/1440 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 87, 2.4.2016, p. 4.

(2)  ĠU L 206, 9.8.2017, p. 3.

(3)  ĠU L 335, 18.12.2010, p. 21.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.