30.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2018

tat-23 ta’ Marzu 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/60]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1347 tat-13 ta’ Lulju 2017 li jikkoreġi d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011) u 45zzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32017 R 1347: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1347 tat-13 ta’ Lulju 2017 (ĠU L 192, 24.7.2017, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2017/1347 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 192, 24.7.2017, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.