|
30.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 42/2018
tat-23 ta’ Marzu 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2020/59]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1221 tat-22 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi (it-test tat-Tip 4) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32017 R 1221: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1221 tat-22 ta’ Ġunju 2017 (ĠU L 174, 7.7.2017, p. 3).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2017/1221 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.