3.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 1/1


DEĊIŻJONI NRU 2/2019 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tas-17 ta' Diċembru 2019

li jagħtu kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2018 [2020/1]

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(6) tal-Anness III tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 5/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatuti taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tal-Anness tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 3/2006 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE tas-27 ta' Settembru 2006 dwar ir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (3), b'mod partikolari l-Artikolu 26(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali għas-sena finanzjarja 2018 li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018,

Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Awdituri dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja 2018,

Wara li ħa nota tal-approvazzjoni, mill-Bord taċ-Ċentru, tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali għas-sena finanzjarja 2018, abbażi tal-eżami tar-rapport tal-awditjar,

Billi:

(1)

Id-dħul taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2018 ikkonsista prinċipalment minn kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jammonta għal EUR 17 146 000.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit taċ-Ċentru mid-Direttur matul is-sena finanzjarja 2018 kienet tali li jenħtieġ li d-Direttur jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dak il-baġit,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kumitat, fuq il-bażi tar-rapport tal-Awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja korrispondenti, b’dan jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2018.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2019.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

Marja RISLAKKI


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 309, 19.11.2013, p. 50.

(3)   ĠU L 350, 12.12.2006, p. 1.