9.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/3


FTEHIM

Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-REPUBBLIKA TAL-BELARUSSJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Belarussja”,

minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali b’mod iktar effettiv,

JIXTIEQU li jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq bażi ta’ reċiproċità, proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja jew ta’ Stat Membru tal-Unjoni, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni,

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Belarussja li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protokoll tiegħu tal-31 ta’ Jannar 1967,

IQISU li, skont il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda mhux ser jieħdu sehem f’dan il-Ftehim sakemm ma jinnotifikawx ix-xewqa tagħhom għal dak l-effett skont dak il-Protokoll,

IQISU li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TAQSIMA I

DEFINIZZJONIJIET U PRINĊIPJI FUNDAMENTALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Partijiet” tfisser l-Unjoni u l-Belarussja;

(b)

“ċittadin tal-Belarussja” tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza tal-Belarussja;

(c)

“ċittadin ta’ Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza, kif definita għall-finijiet tal-Unjoni, ta’ Stat Membru;

(d)

“Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni marbut b’dan il-Ftehim;

(e)

“persuna b’ċittadinanza ta’ pajjiż terz” għandha tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza li ma tkunx dik tal-Belarussja jew ta’ Stat Membru;

(f)

“persuna apolida” tfisser kwalunkwe persuna li ma jkollhiex ċittadinanza;

(g)

“permess ta’ residenza” tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mill-Belarussja jew Stat Membru li jintitola lil persuna għal residenza fit-territorju tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju tal-istati msemmija b’rabta mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal ażil jew applikazzjoni għall-permess ta’ residenza;

(h)

“viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Belarussja jew minn Stat Membru li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tiegħu. Dan ma għandux jinkludi l-viża ta’ tranżitu f’ajruport;

(i)

“Stat Rikjedenti” għandu jfisser l-Istat (il-Belarussja jew Stat Membru) li jissottometti applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15;

(j)

“Stat Rikjest” tfisser l-Istat (il-Belarussja jew Stat Membru) indirizzat b’applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15;

(k)

“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali tal-Belarussja jew ta’ Stat Membru li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skont l-Artikolu 20(1)(a);

(l)

“tranżitu” għall-fini tat-Taqsima IV tfisser il-passaġġ ta’ persuna ċittadinanza ta’ pajjiż terz jew persuna apolida mit-territorju tal-Istat Rikjest meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat Rikjedenti għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

(m)

“reġjun fuq il-fruntiera” tfisser żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u l-Belarussja, kif ukoll it-territorji tal-ajruporti internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Belarussja.

Artikolu 2

Prinċipji fundamentali

Filwaqt li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, l-Istat Rikjest u l-Istat Rikjedenti, fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għal persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, għandhom jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-obbligi u r-responsabbiltajiet li ġejjin minn strumenti internazzjonali rilevanti applikabbli għall-Partijiet, b’mod partikolari:

id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948;

il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali tal-1950;

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali tal-1965;

il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966;

il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni Krudili, Inumani u Degradanti Oħra tal-1984;

il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967.

L-Istat Rikjest għandu jiżgura b’mod partikolari, f’konformità mal-obbligi tiegħu skont dawk l-istrumenti internazzjonali, il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni riammessi fit-territorju tiegħu.

TAQSIMA II

OBBLIGI TA’ RIAMMISSJONI TAL-BELARUSSJA

Artikolu 3

Riammissjoni ta’ ċittadini proprji

1.   Il-Belarussja għandha tirriammetti:

(a)

wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan il-Ftehim, il-persuni kollha li ma jkunux jissodisfaw, jew ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza fit-territorju tal-Istat Rikjedenti, sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li huma ċittadini tal-Belarussja;

(b)

ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-punt (a), irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba;

(c)

konjuġi, li għandhom ċittadinanza oħra jew li huma apolidi, tal-persuni msemmija fil-punt (a), dment li jkollhom jew jirċievu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Belarussja, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Rikjedenti; u

(d)

persuni li, wara d-dħul tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru, ikunu ġew imċaħħda jew ikunu rrinunzjaw iċ-ċittadinanza tal-Belarussja, għajr jekk dawk il-persuni jkunu kisbu tal-inqas il-wiegħda li jiksbu n-naturalizzazzjoni minn dak l-Istat Membru.

2.   Wara li l-Belarussja tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari tal-Belarussja għandha, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li għandha tiġi riammessa, immedjatament, bla ħlas u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol minn dik it-tweġiba, toħroġ dokument tal-ivvjaġġar b’validità ta’ sitt xhur li jkun meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa. Jekk il-Belarussja ma tkunx, fi żmien dawk it-tlett ijiem ta’ xogħol, ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jirrisjedu illegalmentfil-forma stabbilita fir-Regolament (UE) 2016/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn”).

3.   Jekk, għal raġunijiet legali jew oħrajn, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Belarussja għandha, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni u bla ħlas, toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid b’perjodu ta’ validità tal-istess tul ta’ żmien. Jekk fi żmien dawk it-tlett ijiem ta’ xogħol, il-Belarussja ma tkunx ħarġet dak id-dokument tal-ivvjaġġar il-ġdid, għandha titqies li qed taċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn.

Artikolu 4

Riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi

1.   Il-Belarussja għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk previsti f’dan il-Ftehim, iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Rikjedenti sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

(a)

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, permess ta’ residenza maħruġ mill-Belarussja;

(b)

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, viża valida maħruġa mill-Belarussja flimkien ma’ prova ta’ dħul fit-territorju tal-Belarussja; jew

(c)

ikunu daħlu illegalment fit-territorju tal-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fit-territorju tal-Belarussja, jew għaddew minnu.

2.   L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk:

(a)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Belarussja; jew

(b)

l-Istat Rikjedenti jkun ħareġ lill-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza sakemm:

(i)

dik il-persuna jkollha fil-pussess tagħha viża jew permess ta’ residenza, maħruġa mill-Belarussja, li jkollha perjodu ta’ validità itwal;

(ii)

il-viża jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Istat Rikjedenti nkisbu bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz; jew

(iii)

dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kundizzjoni annessa mal-viża.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), wara li l-Belarussja tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, l-Istat Rikjedenti għandu joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata.

TAQSIMA III

OBBLIGI TA’ RIAMMISSJONI TAL-UNJONI

Artikolu 5

Riammissjoni ta’ ċittadini proprji

1.   Stat Membru għandu jirriammetti:

(a)

wara applikazzjoni mill-Belarussja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, il-persuni kollha li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li hija ċittadin ta’ dak l-Istat Membru;

(b)

ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-punt (a), irrispettivament mill-post tat-twelid jew taċ-ċittadinanza tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Belarussja;

(c)

konjuġi, li jkollhom ċittadinanza oħra jew li huma apolidi, tal-persuni msemmija fil-punt (a), sakemm ikollhom jew jirċievu d-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tal-Istat Rikjedenti, sakemm ma jkollhomx dritt indipendenti ta’ residenza fil-Belarussja; u

(d)

persuni li, wara d-dħul tagħhom fit-territorju tal-Belarussja, ikunu ġew imċaħħda jew ikunu irrinunzjaw għaċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru, għajr jekk din il-persuna tkun kisbet tal-inqas il-wiegħda li tikseb in-naturalizzazzjoni mill-Belarussja.

2.   Wara li l-Istat Rikjest ikun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni, ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun riammessa, immedjatament, bla ħlas u fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn dik it-tweġiba, toħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b’validità ta’ sitt xhur. Jekk, fi żmien dawk it-tlett ijiem ta’ xogħol, l-Istat Rikjest ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-Belarussja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija stabbilit fl-Anness 7.

3.   Jekk, għal raġunijiet legali jew oħrajn, il-persuna li għandha tiġi riammessa ma tkunx tista’ tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Istat Rikjest għandha, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni u bla ħlas, toħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta’ żmien bħala perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien dawk it-tlett ijiem ta’ xogħol l-Istat Rikjest ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid, huwa jitqies li jkun aċċetta l-użu tad-dokument standard tal-ivvjaġġar tal-Belarussja għall-iskopijiet ta’ tkeċċija stabbilit fl-Anness 7.

Artikolu 6

Riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi

1.   Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mill-Belarussja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi kollha li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tal-Belarussja sakemm jiġi ppruvat, jew ikun jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ evidenza prima facie li tkun ġiet ipprovduta, li dawn il-persuni:

(a)

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Rikjest;

(b)

ikollhom, jew fil-mument tad-dħul kellhom, viża valida maħruġa mill-Istat Rikjest flimkien ma’ prova ta’ dħul fit-territorju tal-Istat Rikjest; jew

(c)

ikunu daħlu illegalment fit-territorju tal-Belarussja wara li jkunu qagħdu fit-territorju tal-Istat Rikjest, jew għaddew minnu.

2.   L-obbligu tar-riammissjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk:

(a)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-Istat Rikjest; jew

(b)

il-Belarussja ħarġet permess ta’ residenza lill-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida viża jew qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha sakemm:

(i)

dik il-persuna jkollha fil-pussess tagħha viża jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Istat Rikjest, li jkollhom perjodu ta’ validità itwal;

(ii)

il-viża jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Belarussja nkisbu bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz; jew

(iii)

dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża.

3.   L-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 japplika għal:

(a)

l-Istat Membru li jkun ħareġ viża jew permess ta’ residenza;

(b)

jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew permess ta’ residenza, l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta minnhom ikunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu;

(c)

jekk il-viżi jew il-permessi ta’ residenza kollha jkunu diġà skadew, l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-aktar skadenza reċenti;

(d)

jekk ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentatiebda viża jew permess ta’ residenza, l-Istat Membru tal-aħħar ħruġ.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni tar-riammissjoni, il-Belarussja għandha tipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata bid-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tagħha stabbilit fl-Anness 7.

TAQSIMA IV

PROĊEDURA TA’ RIAMMISSJONI

Artikolu 7

Prinċipji

1.   Suġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li tkun ser tiġi riammessa fuq il-bażi ta’ obbligu li jinsab fl-Artikoli 3 sa 6 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

2.   Jekk il-persuna li tkun ser tiġi riammessa jkollha fil-pussess tagħha kwalunkwe dokument tal-ivvjaġġar validu elenkat fl-Anness 1 u, fil-każ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, viża valida jew permess ta’ residenza għall-Istat Rikjest, it-trasferiment ta’ dik il-persuna jista’ jsir mingħajr il-ħtieġa li l-Istat Rikjedenti jippreżenta applikazzjoni għal riammissjoni jew komunikazzjoni bil-miktub taħt l-Artikolu 12(1) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk persuna tinqabad fir-reġjun tal-fruntiera tal-Istat Rikjedenti wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera direttament mit-territorju tal-Istat Rikjest, l-Istat Rikjedenti jista’ jissottometti applikazzjoni ta’ riammissjoni fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta din il-persuna tinqabad (“il-proċedura aċċellerata”).

Artikolu 8

Applikazzjoni ta’ riammissjoni

1.   Sa fejn ikun possibbli, kull applikazzjoni ta’ riammissjoni għandu jkollha fiha l-informazzjoni li ġejja:

dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid, u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta’ residenza) u, fejn applikabbli, dettalji ta’ kwalunkwe konjuġi u/jew tfal minorenni mhux miżżewġa;

fir-rigward ta’ ċittadini proprji, indikazzjoni tal-mezzi ta’ prova jew evidenza prima facie taċ-ċittadinanza kif stabbilit fl-Annessi 1 u 2 rispettivament;

fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi, indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun se tingħata prova jew evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi kif stabbilit fl-Annessi 3 u 4 rispettivament;

ritratt tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa;

fejn rilevanti, marki tas-swaba’, f’konformità mal-leġislazzjoni applikabbli tal-Istat Rikjedenti.

2.   Sa fejn ikun possibbli, fejn ikun meħtieġ, l-applikazzjoni ta’ riammissjoni għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li tkun se tiġi ttrasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, ġaladarba l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal dik id-dikjarazzjoni; u

kwalunkwe miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ ta’ trasferiment individwali.

3.   Formola komuni li tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ riammissjoni hija mehmuża bħala l-Anness 5.

4.   L-applikazzjoni ta’ riammissjoni tista’ titressaq permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi bħal faks jew posta elettronika.

Artikolu 9

Mezzi ta’ evidenza dwar iċ-ċittadinanza

1.   Il-prova taċ-ċittadinanza skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk tali dokumenti jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Belarussja għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-ċittadinanza mingħajr ħtieġa ta’ investigazzjoni ulterjuri. Il-prova taċ-ċittadinanza ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz.

2.   Evidenza prima facie taċ-ċittadinanza skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk tali dokumenti jiġu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Belarussja għandhom iqisu li ċ-ċittadinanza tkun ġiet stabbilita, sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. L-evidenza prima facie taċ-ċittadinanza ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz.

3.   Jekk ebda mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jistgħu jiġu ppreżentati, ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari kompetenti tal-Istat Rikjest ikkonċernat, fuq talba mill-Istat Rikjedenti li għandu jkun inkluż fl-applikazzjoni ta’ riammissjoni, għandha tintervista lill-persuna li tkun ser tiġi riammessa mingħajr dewmien żejjed, mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji mill-jum li fih tiġi ppreentata t-talba, sabiex tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tagħha. Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista’ tkun stabbilita fil-Protokolli ta’ implimentazzjoni kif previst fl-Artikolu 20.

Artikolu 10

Mezzi ta’ evidenza dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi

1.   Il-prova dwar il-kundizzjonijiet ta’ riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni apolidi stipulati fl-Artikoli 4(1) u 6(1) għandha tiġi pprovduta permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3. Tali prova ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz. Tali prova tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mill-Belarussja mingħajr ħtieġa ta’ ebda investigazzjoni ulterjuri.

2.   L-evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet ta’ riammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi stipulati fl-Artikoli 4(1) u 6(1) għandha tingħata permezz tal-mezzi ta’ evidenza elenkata fl-Anness 4. Tali evidenza prima facie ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u l-Belarussja għandhom iqisu li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti, ġaladarba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3.   L-illegalità tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata li minnhom ikunu nieqsa l-viża jew permess ta’ residenza oħra meħtieġa għat-territorju tal-Istat Rikjedenti. Dikjarazzjoni mill-Istat Rikjedenti li l-persuna kkonċernata tkun instabet mingħajr id-dokumenti neċessarji tal-ivvjaġġar, tal-viża jew tal-permess ta’ residenza għandha titqies ukoll bħala prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

Artikolu 11

Skadenzi

1.   L-applikazzjoni għar-riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjest fi żmien massimu ta’ 180 jum minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjedenti ssir taf li ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ma tissodisfax, jew ma għadhiex tissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Jekk ikun hemm ostakli legali jew oħrajn għas-sottomissjoni fil-ħin tal-applikazzjoni, il-limitu ta’ żmien, fuq talba tal-Istat Rikjedenti, għandu jiġi estiż iżda biss sakemm dawk l-ostakli ma jkunux għadhom jeżistu.

2.   Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta’ riammissjoni:

fi żmien jumejn ta’ xogħol mis-sottomissjoni tagħha jekk l-applikazzjoni tkun saret skont il-proċedura aċċellerata; jew

fi żmien għaxart ijiem kalendarji mis-sottomissjoni tagħha fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Dawn il-limiti taż-żmien għandhom jibdew jgħoddu fid-data tal-irċevuta tat-talba ta’ riammissjoni. Jekk ma tkun waslet ebda tweġiba fil-limitu ta’ żmien, it-trasferiment għandu jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta’ riammissjoni tista’ titressaq bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni inkluż mezzi elettroniċi bħal faks jew posta elettronika.

3.   Ir-raġunijiet tar-rifjut tat-talba ta’ riammissjoni għandhom jingħataw bil-miktub.

4.   Wara li jkun ingħata l-ftehim jew, fejn xieraq, wara li jiskadi l-limitu taż-żmien rilevanti stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għandha tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat Rikjedenti, dan il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ostakli legali jew ostakoli oħra.

Artikolu 12

Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta’ trasport

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest bil-miktub tal-anqas 72 siegħa qabel dwar id-data ta’ trasferiment, il-punt ta’ dħul internazzjonali, l-iskorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment.

2.   It-trasportazzjoni tista’ ssir bi kwalunkwe mezz, inkluż dak bl-ajru. Ir-ritorn bl-ajru ma għandux jiġi ristrett għall-użu tal-linji nazzjonali tal-Belarussja jew tal-Istati Membri u jista’ jseħħ bl-użu ta’ titjiriet skedati jew titjiriet charter. Fil-każ ta’ ritorn bi skorta, dawn l-iskorti ma għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat Rikjedenti, sakemm ikunu persuni awtorizzati tal-Belarussja jew ta’ kwalunkwe Stat Membru.

3.   Jekk it-trasferiment isir bl-ajru, l-iskorti possibbli għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jiksbu l-viżi meħtieġa.

Artikolu 13

Riammissjoni bi żball

L-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Rikjest jekk jiġi stabbilit u ġustifikat, f’perijodu ta’ tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ma jkunux ġew issodisfati.

F’dawn il-każijiet, id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw mutatis mutandis u tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-identità u ċ-ċittadinanza attwali tal-persuna li għandha tittieħed lura.

TAQSIMA V

OPERAZZJONIJIET TA’ TRANŻITU

Artikolu 14

Prinċipji

1.   L-Istati Membri u l-Belarussja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi għal każijiet fejn tali persuni ma jkunux jistgħu jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.

2.   Il-Belarussja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk il-Belarussja titlob dan, dment li kemm il-vjaġġ lejn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni tal-Istat ta’ destinazzjoni jiġu żgurati.

3.   It-tranżitu jista’ jiġi rrifjutat mill-Belarussja jew minn Stat Membru:

(a)

jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun f’riskju li tiġi ttorturata jew soġġetta għal trattament inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, iċ-ċittadinanza, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew il-konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu;

(b)

jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun soġġetta għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Rikjest jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(c)

għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Rikjest.

4.   Il-Belarussja jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 3 sussegwentement jirriżultaw jew joħorġu fid-deher aktar tard u jkunu ta’ xkiel fl-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk ma jkunux aktar żgurati l-ivvjaġġar minn Stati ta’ tranżitu possibbli jew ir-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni. F’dan il-każ, l-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 15

Proċedura għat-tranżitu

1.   Applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), Stati oħra ta’ tranżitu possibbli u d-destinazzjoni maħsuba;

(b)

id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid, is-sess u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

(c)

il-punt ta’ dħul internazzjonali previst, il-ħin tat-trasferiment u l-użu possibbli ta’ skorti; u

(d)

dikjarazzjoni li, fil-fehma tal-Istat Rikjedenti, il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14(2) huma ssodisfati, u li ebda raġuni għal ċaħda skont l-Artikolu 14(3) ma hi magħrufa.

Formola komuni li tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu tinsab mehmuża mal-Anness 6.

Applikazzjoni ta’ tranżitu tista’ titressaq permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi bħal faks jew posta elettronika.

2.   l-Istat Rikjest għandu, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara li tiġi riċevuta l-applikazzjoni u bil-miktub, jinforma lill-Istat Rikjedenti dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-post tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta’ ammissjoni u r-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk ma tingħata ebda tweġiba fi żmien dawk it-tlett ijiem ta’ xogħol, it-tranżitu jitqies li jkun ġie miftiehem.

It-tweġiba għal applikazzjoni ta’ tranżitu tista’ tiġi ppreżentat bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi bħal faks jew posta elettronika.

3.   Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun se tiġi riammessa u l-iskorti possibbli għandhom jiġu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu tal-ajruport.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjest għandhom, soġġett għal konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ kumditajiet xierqa għal dak il-fini.

TAQSIMA V

SPEJJEŻ

Artikolu 16

Spejjeż tat-trasport u t-tranżitu

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta mar-riammissjoni mingħand il-persuna li għandha tiġi riammessa jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport imġarrba minħabba l-operazzjonijiet tar-riammissjoni u tat-tranżitu skont dan il-Ftehim sal-fruntiera tal-Istat tad-destinazzjoni, għandhom jitħallsu mill-Istat Rikjedenti.

TAQSIMA VII

PROTEZZJONI TAD-DATA U KLAWŻOLA TAN-NUQQAS TA’ EFFETT

Artikolu 17

Protezzjoni tad-data

Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk tali komunikazzjoni tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Belorussja jew Stat Membru, skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari, inkluż it-trasferiment tagħha lill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra, għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Belarussja u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Fi kwalunkwe każ, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

data personali jeħtieġ li tkun ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data;

(b)

data personali jeħtieġ li tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dak l-iskop;

(c)

data personali li jeħtieġ li tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għan li għalih tinġabar u/jew tiġi pproċessata aktar; b’mod partikolari, data personali kkomunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:

id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita (eż. ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza kurrenti u preċedenti);

il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ),

il-postijiet ta’ waqfien temporanju u itinerarji,

informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun ser tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim, bħal ritratt jew marki tas-swaba’,

ċirkostanzi speċjali dwar il-persuna li qed tiġi trasferita, inkluż kwalunkwe indikazzjoni li hija persuna perikoluża jew li tikkonċerna l-istat tas-saħħa tagħha jew kwalunkwe indikazzjoni u data dwar is-saħħa għall-iskop tal-provvediment ta’ kura jew trattament tas-saħħa taħt ir-responsabbiltà ta’ professjonista soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali;

(d)

data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;

(e)

data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-fini li għalih tkun inġabret id-data jew li kompliet tiġi pproċessata;

(f)

data personali jeħtieġ li tiġi pproċessata b’mod li tiżgura s-sigurtà xierqa tad-data personali, inkluż il-protezzjoni kontra proċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telfien, il-qerda jew il-ħsara inċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa;

(g)

kemm l-awtorità li tikkomunika d-data kif ukoll l-awtorità li tirċeviha jeħtieġ li jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq ir-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali jekk l-ipproċessar ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikulari għaliex dik id-data ma tkunx xierqa, relevanti jew preċiża, jew għaliex tkun eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe korrezzjoni, tħassir jew imblukkar ta’ data bħal din lill-Parti l-oħra;

(h)

fuq talba, l-awtorità li tirċievi jeħtieġ li tinforma lill-awtorità li tikkomunika dwar l-użu tad-data kkomunikata u r-riżultati miksuba minnha;

(i)

data personali tista’ tkun ikkomunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel tal-awtorità li tikkomunika kompetenti;

(j)

l-awtorità li tikkomunika u l-awtorità li tirċievi jeħtieġ li jkunu obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla ta’ data personali.

Artikolu 18

Klawżola ta’ nuqqas ta’ effett

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Belarussja li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali, fosthom mill-konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom ikunu parti, b’mod partikolari mill-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Artikolu 2, u minn:

konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu ġew sottomessi;

konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu; u

konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija.

2.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jżomm ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti formali jew informali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

TAQSIMA VIII

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 19

Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru kumitat konġunt tar-riammissjoni (“il-kumitat”) li għandu jkollu, b’mod partikulari, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jwettaq monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b)

li jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti li jkunu meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Ftehim;

(c)

li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u mill-Belarussja skont l-Artikolu 20; u

(d)

li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-kumitat għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet.

3.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u l-Belarussja.

4.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli proċedurali tiegħu.

Artikolu 20

Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà diretta ta’ dan il-Ftehim, fuq talba ta’ Stat Membru jew il-Belarussja, il-Belarussja u Stat Membru għandhom ifasslu Protokoll ta’ implimentazzjoni li jkopri regoli, fost l-oħrajn, dwar:

(a)

il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt;

(b)

il-kundizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi bi skorta;

(c)

il-mezzi u d-dokumenti addizzjonali ma’ dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4;

(d)

il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata;

(e)

il-proċedura għall-intervisti.

2.   Il-Protokolli ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi nnotifikat il-Kumitat.

3.   Il-Belarussja għandha taqbel li tapplika kwalunkwe dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tiegħu għall-Belarussja. L-Istati Membri għandhom jaqblu li japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal minn Stat Membru anke fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Belarussja, fuq talba ta’ din tal-aħħar u soġġetta għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tagħha mal-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 21

Relazzjoni ma’ ftehim jew arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjonital-Istati Membri

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(3), id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista’ jiġi konkluż, skont l-Artikolu 20, bejn Stati Membri individwali u l-Belarussja, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar ikunu inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.

TAQSIMA IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Applikazzjoni territorjali

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu japplika fit-territorju li fih huma applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fit-territorju tal-Belarussja.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tal-Irlanda biss skont notifika mill-Unjoni lill-Belarussja għal dak il-għan.

Dan il-Ftehim ma għandux japplika fit-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ, durata u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun innotifikat lill-oħra li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi.

3.   L-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 6 għandhom jibdew japplikaw biss sentejn wara d-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3). Matul dak il-perjodu ta’ sentejn, dawk l-obbligi għandhom madankollu jkunu applikabbli għal persuni apolidi u għal ċittadini minn pajjiżi terzi li magħhom il-Belarussja tkun ikkonkludiet ftehimiet bilaterali dwar ir-riammissjoni.

Matul dak il-perjodu ta’ sentejn, ftehimiet bilaterali ta’ riammissjoni eżistenti u ftehimiet bilaterali dwar fruntieri bejn l-Istati Membri u l-Belarussja għandhom ikomplu japplikaw ukoll fil-partijiet rilevanti tagħhom.

4.   Dan il-Ftehim għandu japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u għall-Irlanda fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(2).

5.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu bla limitu.

6.   Kull Parti tista’, billi tinnotifika b’mod uffiċjali lill-Parti l-oħra u wara konsultazzjoni preċedenti tal-Kumitat, tissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum ta’ tali notifika.

7.   Kull Parti tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ sitt xhur wara d-data ta’ tali notifika.

Artikolu 24

Annessi

L-Annessi 1 sa 7 għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Magħmul f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bir-Russu, b’kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на осми януари две хиляди и двадесета година.

Hecho en Bruselas, el ocho de enero de dos mil veinte.

V Bruselu dne osmého ledna dva tisíce dvacet.

Udfærdiget i Bruxelles den ottende januar to tusind og tyve.

Geschehen zu Brüssel am achten Januar zweitausendzwanzig.

Kahe tuhande kahekümnenda aasta jaanuarikuu kaheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Ιανουαρίου δύο χιλιάδες είκοσι.

Done at Brussels on the eighth day of January in the year two thousand and twenty.

Fait à Bruxelles, le huit janvier deux mille vingt.

Sastavljeno u Bruxellesu osmog siječnja godine dvije tisuće dvadesete.

Fatto a Bruxelles, addì otto gennaio duemilaventi.

Briselē, divi tūkstoši divdesmitā gada astotajā janvārī.

Priimta du tūkstančiai dvidešimtų metų sausio aštuntą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszadik év január havának nyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmien jum ta’ Jannar fis-sena elfejn u għoxrin.

Gedaan te Brussel, acht januari tweeduizend twintig.

Sporządzono w Brukseli dnia ósmego stycznia roku dwa tysiące dwudziestego.

Feito em Bruxelas, em oito de janeiro de dois mil e vinte.

Întocmit la Bruxelles la opt ianuarie două mii douăzeci.

V Bruseli ôsmeho januára dvetisícdvadsať.

V Bruslju, dne osmega januarja leta dva tisoč dvajset.

Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä tammikuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentä.

Som skedde i Bryssel den åttonde januari år tjugohundratjugo.

Совершено в городе Брюсселе восьмого января две тысячи двадцатого года.

Image 1


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 (ĠU UE L 311, 17.11.2016, p. 13).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 1).


ANNESS 1

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM HIJA KKUNSIDRATA BĦALA PROVA TAĊ-ĊITTADINANZA

(Artikoli 3(1)(a), 5(1)(a) u 9(1))

Passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal),

Laissez-passer maħruġ mill-Istat Rikjest,

Karti tal-identità ta’ kwalunkwe tip (li jinkludu dawk temporanji u provviżorji),

Kotba tas-servizz u karti tal-identità militari,

Kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz tal-kaptani,

Ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħrajn li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b’mod ċar,

Konferma tal-identità b’riżultat ta’ tfittxija mwettqa fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1),

fil-każ ta’ Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, l-identifikazzjoni pożittiva stabbilita mir-reġistri tal-applikazzjonijiet għal viża ta’ dawk l-Istati Membri.


(1)  Ir- Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU UE L 218, 13.8.2008, p. 60).


ANNESS 2

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI L-PREŻENTAZZJONI TAGĦHOM HIJA KKUNSIDRATA BĦALA EVIDENZA PRIMA FACIE TAĊ-ĊITTADINANZA

(Artikoli 3(1)(a), 5(1)(a) u 9(2))

Fotokopji ta’ kwalunkwe dokument elenkat fl-Anness 1,

Liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom,

Ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom,

Karti tal-identità tal-kumpanija jew fotokopji tagħhom,

Dikjarazzjonijiet ta’ xhieda,

Dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnha, anke permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali,

Kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata,

Marki tas-swaba’.


ANNESS 3

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI BĦALA PROVA TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TA’ ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI U PERSUNI APOLIDI

(Artikoli 4(1), 6(1) u 10(1))

Viża u/jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Rikjest,

Timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (pereżempju evidenza fotografika, elettronika jew bijometrika);

Dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, b’mod partikolari, mill-impjegati tal-awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata tkun qasmet il-fruntiera,

Dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċimenti ġudizzjarji jew amministrattivi.


ANNESS 4

LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI BĦALA EVIDENZA PRIMA FACIE TAL-KUNDIZZJONIJIET GĦAR-RIAMMISSJONI TA’ ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI U PERSUNI APOLIDI

(Artikoli 4(1), 6(1) u 10(2))

Dokumenti, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (pereżempju kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju tal-Istat Rikjest,

Biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza tal-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Rikjest;

Informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi tal-posta jew aġenzija tal-ivvjaġġar,

Deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Rikjedenti, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat,

Informazzjoni relatata mal-identità u/jew permanenza ta’ persuna li tkun ġiet pprovduta minn Organizzazzjoni Internazzjonali (eż. il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati);

Rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.,

Dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata,

Marki tas-swaba’.


ANNESS 5

Formola komuni li tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ riammissjoni (Artikolu 8)

Image 2

[Emblema tar-Repubblika tal-Belarussja]

(Post u data)

(It-titolu tal-awtorità rikjedenti)

 

Ir-referenza:

Lil

 

(It-titolu tal-awtorità rikjesta)

 

PROĊEDURA AĊĊELLERATA (Artikolu 7(3))

TALBA GĦAL INTERVISTA (Artikolu 9(3))

APPLIKAZZJONI TA’ RIAMMISSJONI

skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim tat-8 ta’ Jannar 2020 bejn

l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja

dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

A.

Dettalji personali

Image 3

1.

Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2.

Kunjom ta’ xebba:

3.

Id-data u l-post tat-twelid:

 

4.

Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

5.

Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

6.

Ċittadinanza u lingwa:

7.

Status ċivili:

☐ miżżewweġ/miżżewġa

☐ xebba/ġuvni

☐ divorzjat/a

☐ armel/armla

Jekk miżżewweġ/miżżewġa:

isem il-konjuġi …

Ismijiet u etajiet tat-tfal (jekk hemm)

8.

L-aħħar indirizz fl-Istat Rikjest:

B.

Dettalji Personali tal-konjuġi (jekk applikabbli)

1.

Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2.

Kunjom ta’ xebba:

3.

Id-data u l-post tat-twelid:

4.

Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

5.

Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

6.

Ċittadinanza u lingwa:

C.

Dettalji personali tal-Ulied (Jekk applikabbli)

1.

Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2.

Id-data u l-post tat-twelid:

3.

Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

4.

Ċittadinanza u lingwa:

D.

Ċirkustanzi speċjali b’rabta mal-persuna li tkun ser tiġi trasferita

1.

Stat ta’ saħħa (pereżempju referenza possibbli għal kura medika; isem Latin ta’ mard li jittieħed):

2.

Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża (pereżempju suspettata b’reat gravi; imġiba aggressiva):

E.

Mezzi ta’ evidenza mehmuża

1.

(Nru tal-Passaport)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li ħarġitu)

(data tal-iskadenza)

2.

(Nru. tal-Karta tal-Identità)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li ħarġitu)

(data tal-iskadenza)

3.

(Nru tal-liċenzja tas-sewqan)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li ħarġitu)

(data tal-iskadenza)

4.

(Nru ta’ dokument uffiċjali ieħor)

(data u post tal-ħruġ)

(awtorità li ħarġitu)

(data tal-iskadenza)

F.

Marki tas-swaba’ (fejn rilevanti)

G.

Osservazzjonijiet

(Firma) (siġill/timbru)


ANNESS 6

Formola komuni li tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu (Artikolu 15)

Image 4

[Emblema tar-Repubblika tal-Belarussja]

(Post u data)

(It-titolu tal-awtorità rikjedenti)

 

Referenza

Lil

 

(It-titolu tal-awtorità rikjesta)

 

APPLIKAZZJONI TA’ TRANŻITU

skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim tat-8 ta’ Jannar 2020 bejn

l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja

dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

A.

Dettalji personali

 

Image 5

1.

Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):

2.

Kunjom ta’ xebba:

3.

Id-data u l-post tat-twelid:

 

4.

Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

5.

Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

6.

Ċittadinanza u lingwa:

B.

Operazzjoni ta’ tranżitu

1.

Tip ta’ tranżitu

☐ bl-ajru

☐ bl-art

☐ bil-baħar

2.

Stat tad-destinazzjoni

3.

Stati oħrajn fejn possibbilment ikun hemm tranżitu

4.

Post tal-qsim tal-fruntieri propost, data, ħin tat-trasferiment u skorti possibbli

5.

Ammissjoni garantita fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni (Artikolu 14(2))

☐ iva

☐ le

6.

Għarfien ta’ kwalunkwe raġuni għal rifjut ta’ tranżitu (Artikolu 14(3))

☐ iva

le

C.

Osservazzjonijiet

(Firma) (siġill/timbru)


ANNESS 7

DOKUMENT STANDARD TAL-IVVJAĠĠAR UŻAT GĦAL SKOPIJIET TA’ TKEĊĊIJA MIR-REPUBBLIKA TAL-BELARUSSJA

Emblema

tal-Istat Rikjedenti

DOKUMENT TAL-IVVJAĠĠAR

għall-fini ta’ riammissjoni

Valida għal ħruġ/dħul għal darba

(ħassar skont kif japplika)

minn ________________________________________________________

(isem tal-Istat)

Image 6

lil ___________________________________________________________

(isem tal-Istat)

Kunjom _____________________________________________________

Isem ________________________________________________________

Data tat-twelid ______________ Sess ______________ Tul ______________

Ċittadinanza ________________________________________________________

Marki distintivi ________________________________________________________

Dan id-dokument tal-ivvjaġġar huwa validu

minn ______________

(jum/xahar/sena)

sa ______________

(jum/xahar/sena)

Awtorità tal-ħruġ ________________________________________________________

Kundizzjonijiet tal-ħruġ ________________________________________________________

Data tal-ħruġ ______________

(jum/xahar/sena)

Firma tal-uffiċjal pubbliku ____________________________

(Post tas-siġill)

Nru. ____________________________

(numru ta’ sekwenza tal-formola)


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

DWAR APPOĠĠ TEKNIKU U FINANZJARJU

Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jimplimentaw dan il-Ftehim skont il-prinċipji ta’ responsabbiltà konġunta, solidarjetà u sħubija ndaqs fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-Belarussja u l-Unjoni.

F’dan il-kuntest, l-Unojin hija impenjata li toffri d-disponibblità ta’ assistenza finanzjarja msaħħa sabiex tgħin lill-Belarussja fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Meta dan isir, ser tingħata attenzjoni speċjali lill-bini tal-kapaċità. Tali appoġġ jeħtieġ li jingħata fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għal assistenza favur il-Belarussja, bħala parti mill-finanzjament ġenerali disponibbli għall-Belarussja u b’rispett sħiħ tar-regoli ta’ implimentazzjoni u l-proċeduri rilevanti għal assistenza esterna mill-Unjoni.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

LI TIKKONĊERNA R-RENJU TAD-DANIMARKA

Il-Partijiet jieħdu nota li dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka, u lanqas għaċ-ċittadini tar-Renju tad-Danimarka. F’tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Belarussja u r-Renju tad-Danimarka jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni fuq l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Li tikkonċerna r-repubblika tal-iżlanda u r-renju tan-norveġja

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dan tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Belarussja tikkonkludi l-ftehim dwar ir-riammissjoni mar-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja bl-istess termini ta’ dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Li tikkonċerna l-konfederazzjoni żvizzera

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi huwa xieraq li l-Belarussja jikkonkludi ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Konfederazzjoni Żvizzera bl-istess termini ta’ dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Li tikkonċerna l-prinċipat ta’ liechtenstein

Il-Partijiet jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008 bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi ikun xieraq li l-Belarussja tikkonkludi ftehim dwar ir- riammissjoni mal-Prinċipat ta’ Liechtenstein bl-istess termini ta’ dan il-Ftehim.