16.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/1 |
Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra
L-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa ħabbru t-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 76(2) ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mill-31 ta' Diċembru 2018 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa.