|
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 33/2018
tad-9 ta’ Frar 2018
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2019/2069]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2014 tad-9 ta’ Lulju 2014 (1), il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tinkludi l-parteċipazzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) 2017/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fir-rigward tal-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (3). |
|
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fit-tlettax (ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fl-erbatax-il inċiż (ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Artikolu 2(5) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendata bi:
|
— |
32017 R 1953: Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 286, 1.11.2017. p. 1).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (4).
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 15, 22.1.2015, p. 85.
(2) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.
(3) ĠU L 286, 1.11.2017, p. 1.
(4) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.