12.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 32/2018

tad-9 ta’ Frar 2018

li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim ŻEE [2019/2068]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1348 tat-3 ta’ Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 4 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1348: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1348 tat-3 ta’Awwissu 2015 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2015/1348 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tax’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.