12.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 6/2018

tad-9 ta’ Frar 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/2042]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1896 tas-17 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi (KE 3.2.1.6) u l-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus niger (NRRL 25541) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ħnieżer tas-simna, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini tas-simna u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 255/2005 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 668/2003 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Andrés Pintaluba S.A.) (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1903 tat-18 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1904 tat-18 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u tat-tiġieġ imkabbra għall-bajd (detentur ta’ awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1905 tat-18 ta’ Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) (4) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1906 tat-18 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (5) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1907 tat-18 ta’ Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar u għan-nagħaġ (6) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1914 tad-19 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sodju tas-salinomiċina (Sacox 120 microGranulate u Sacox 200 microGranulate) bħala addittiv għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1852/2003 u (KE) Nru 1463/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (7) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1896 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2003 (8), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1914 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2003 (9), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005):

“—

32017 R 1896: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1896 tas-17 ta’ Ottubru 2017 (ĠU L 267, 18.10.2017, p. 1).”

2.

Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 223 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1492):

“224.

32017 R 1896: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1896 tas-17 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi (KE 3.2.1.6) u l-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus niger (NRRL 25541) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ħnieżer tas-simna, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini tas-simna u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 255/2005 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 668/2003 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Andrés Pintaluba S.A.) (ĠU L 267, 18.10.2017, p. 1).

225.

32017 R 1903: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1903 tat-18 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Pediococcus parvulus DSM 28875, Lactobacillus casei DSM 28872 u Lactobacillus rhamnosus DSM 29226 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 22).

226.

32017 R 1904: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1904 tat-18 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u tat-tiġieġ imkabbra għall-bajd (detentur ta’ awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 27).

227.

30217 R 1905: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1905 tat-18 ta’ Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 30).

228.

32017 R 1906: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1906 tat-18 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IMI SD135) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 296, 19.10.2017, p. 33).

229.

32017 R 1907: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1907 tat-18 ta’ Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar u għan-nagħaġ (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 36).

230.

32017 R 1914: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1914 tad-19 ta’ Ottubru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sodju tas-salinomiċina (Sacox 120 microGranulate u Sacox 200 microGranulate) bħala addittiv għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1852/2003 u (KE) Nru 1463/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 281, 20.10.2017, p. 1).”

3.

It-testi tal-punti 1ze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2003) u 1zr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2003) jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1896, (UE) 2017/1903, (UE) 2017/1904, (UE) 2017/1905, (UE) 2017/1906, (UE) 2017/1907 u (UE) 2017/1914 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 267, 18.10.2017, p. 1.

(2)   ĠU L 269, 19.10.2017, p. 22.

(3)   ĠU L 269, 19.10.2017, p. 27.

(4)   ĠU L 269, 19.10.2017, p. 30.

(5)   ĠU L 269, 19.10.2017, p. 33.

(6)   ĠU L 269, 19.10.2017, p. 36.

(7)   ĠU L 271, 20.10.2017, p. 1.

(8)   ĠU L 96, 12.4.2003, p. 14.

(9)   ĠU L 281, 22.10.2003, p. 13.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.