|
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/30 |
DEĊIŻJONI NRU 1/2019 TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-GEORGIA FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ
tat-18 ta’ Ottubru 2019
li taġġorna l-Anness III-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni [2019/1913]
IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016. |
|
(2) |
L-Artikolu 47 tal-Ftehim jistipula li l-Georgia għandha b’mod gradwali tikseb approssimazzjoni mal-acquis rilevanti tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III-A u l-Anness III-B tal-Ftehim u li l-Anness III-A tal-Ftehim jista’ jiġi emendat permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. |
|
(3) |
Diversi atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness III-A tal-Ftehim ġew riformulati jew imħassra u sostitwiti minn atti ġodda tal-Unjoni mindu ġie inizjalat il-Ftehim fid-29 ta’ Novembru 2013 u atti ġodda tal-Unjoni ġew notifikati lill-Georgia. |
|
(4) |
Huwa neċessarju li jiġi aġġornat l-Anness III-A tal-Ftehim sabiex jirrifletti l-evoluzzjoni tal-acquis tal-Unjoni elenkat f’dak l-Anness. |
|
(5) |
Fl-interess taċ-ċarezza, l-Anness III-A għal-Ftehim għandu jiġi aġġornat fl-intier tiegħu u sostitwit. |
|
(6) |
Huwa xieraq li l-Georgia jingħatalha perjodu sabiex timplimenta l-atti l-ġodda tal-Unjoni fil-leġiżlazzjoni domestika tagħha. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun hemm indikati skadenzi ġodda għall-approssimazzjoni tal-Georgia lejn l-atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness III-A, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, huwa sostitwit bit-test indikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ
G. ARVELADZE
Il-President
M. GABUNIA,
R. MENGEL-JØRGENSEN
Is-Segretarji
ANNESS
“ANNESS III-A
LISTA TAL-LEĠIŻLAZZJONI SETTORJALI GĦALL-APPROSSIMAZZJONI
Il-lista li ġejja tirrifletti l-prijoritajiet tal-Georgia fir-rigward tal-approssimazzjoni lejn id-Direttivi tal-Approċċ il-Ġdid u l-Approċċ Kumplessiv tal-Unjoni kif inklużi fl-Istrateġija tal-Gvern tal-Georgia fl-Istandardizzazzjoni, l-Akkreditazzjoni, il-Valutazzjoni tal-Konformità, ir-Regolamentazzjoni Teknika u l-Metroloġija u l-Programm dwar ir-Riforma Leġiżlattiva u l-Adozzjoni tar-Regolamenti Tekniċi, ta’ Marzu 2010.
|
1. |
Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (1) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
2. |
Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet (riformulazzjoni) (2) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
3. |
Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (riformulazzjoni) (3) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
4. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi (4) Skeda ta’ żmien: matul l-2013 |
|
5. |
Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (riformulazzjoni) ( (5) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
6. |
Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (6) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
7. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE tal-4 ta’ April 2008 li twaqqaf, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-isplussivi għall-użi ċivili (7) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
8. |
Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (riformulazzjoni) (8) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
9. |
Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE ( (9) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
10. |
Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (riformulazzjoni) (10) Skeda ta’ żmien: fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
11. |
Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (riformulazzjoni) (11) Skeda ta’ żmien: fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
12. |
Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (12) Skeda ta’ żmien: fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
13. |
Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (13) Skeda ta’ żmien: fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
14. |
Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (14) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
15. |
Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (15) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
16. |
Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) (16) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
17. |
Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (17) Skeda ta’ żmien: fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
18. |
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (18) Skeda ta’ żmien: fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
19. |
Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (riformulazzjoni) (19) Skeda ta’ żmien: fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
|
20. |
Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ strumenti tal-kejl (riformulazzjoni) (20) Skeda ta’ żmien: fi żmien tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim |
(2) ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251.
(3) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164.
(4) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.
(5) ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45.
(6) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90.
(8) ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309.
(9) ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.
(10) ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79.
(11) ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357.
(12) ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1.
(13) ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176.
(14) ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99.
(15) ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51.
(16) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
(17) ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.