|
3.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 233/2017
tal-15 ta’ Diċembru 2017
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1641]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/959 tal-24 ta’ Frar 2017 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti ta’ iżolazzjoni termali ffurmati fuq il-post abbażi taċ-ċelluloża (LFCI) tal-istandard EN 15101-1 fir-rigward tas-sedimentazzjoni orizzontali u l-assorbiment tal-ilma fuq żmien qasir skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1zzj (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364) tal-Kapitolu XXI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“1zzk. |
32017 R 0959: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/959 tal-24 ta’ Frar 2017 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti ta’ iżolazzjoni termali ffurmati fuq il-post abbażi taċ-ċelluloża (LFCI) tal-istandard EN 15101-1 fir-rigward tas-sedimentazzjoni orizzontali u l-assorbiment tal-ilma fuq żmien qasir skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 8.6.2017, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2017/959 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.