3.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 222/2017

tal-15 ta’ Diċembru 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1630]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/660 tas-6 ta’ April 2017 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2018, l-2019 u l-2020 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/660 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/662 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 128 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1202):

“129.

32017 R 0660: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/660 tas-6 ta’ April 2017 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2018, l-2019 u l-2020 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 94, 7.4.2017, p. 12).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fit-tabella fil-punt (5) fl-Anness II, jiżdied dan li ġej:

IS

12

NO

12 ”

2.

It-test tal-punt 121 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/662) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/660 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)  ĠU L 94, 7.4.2017, p. 12.

(2)  ĠU L 115, 29.4.2016, p. 2.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.