22.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 204/2017

tas-27 ta' Ottubru 2017

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2019/1367]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/748 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-massa tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2013, fl-2014 u fl-2015 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE..

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21ay (ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu III tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32017 R 0748: ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/748 tal-14 ta' Diċembru 2016 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2017/748 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2016 tas-16 ta' Ġunju 2017 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 113, 29.4.2017, p. 9.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 142, 7.6.2018, p. 45.