22.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 203/2017

tas-27 ta' Ottubru 2017

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2019/1366]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1392 tal-25 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/350/UE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 2zn (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendata bi:

32017 D 1392: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1392 tal-25 ta' Lulju 2017 (ĠU L 195, 27.7.2017, p. 36).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1392 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE dwar Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 195, 27.7.2017, p. 36.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.