22.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 202/2017

tas-27 ta' Ottubru 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2019/1365]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/386 tas-6 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66wl (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32017 R 0386: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/386 tas-6 ta' Marzu 2017 (ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/386 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is- 27 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.