|
22.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 201/2017
tas-27 ta' Ottubru 2017
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2019/1364]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363 tal-1 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 rigward l-approvazzjoni speċifika ta' operazzjonijiet b'ajruplani b'magna waħda bit-turbini billejl jew f'kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument u r-rekwiżiti ta' approvazzjoni għat-taħriġ dwar oġġetti perikolużi li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati, operazzjonijiet mhux kummerċjali ta' inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni u operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati ta' inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66nf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32017 R 0363: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/363 tal-1 ta' Marzu 2017 (ĠU L 55, 2.3.2017, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2017/363 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.