22.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 195/2017

tas-27 ta' Ottubru 2017

li jemenda l-AnnessII (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1358]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1432 tas-7 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi b'riskju baxx (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855 tat-18 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/856 tat-18 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fluroksipir (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13 (ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32017 R 1432: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1432 tas-7 ta' Awwissu 2017 (ĠU L 205, 8.8.2017, p. 59).”

2.

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32017 R 0855: ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855 tat-18 ta' Mejju 2017 (ĠU L 128, 19.5.2017, p. 10),

32017 R 0856: ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/856 tat-18 ta' Mejju 2017 (ĠU L 128, 19.5.2017, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 2017/1432 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2017/855 u (UE) 2017/856 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 205, 8.8.2017, p. 59.

(2)   ĠU L 128, 19.5.2017, p. 10.

(3)   ĠU L 128, 19.5.2017, p. 14.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.