|
18.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 102/2019
tal-11 ta' April 2019
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1232]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/544 tat-3 ta' April 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2031 li tiddetermina, għal perjodu ta' żmien limitat, li l-qafas regolatorju applikabbli għal kontropartijiet ċentrali fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq huwa ekwivalenti, skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied mal-punt 31bcaw (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2031) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendata bi:
|
— |
32019 D 0544: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/544 tat-3 ta' April 2019 (ĠU L 95, 4.4.2019, p. 9).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/544 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta' April 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fil-11 ta' April 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.