27.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 190/2017

tat-22 ta' Settembru 2017

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2019/1078]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/605 tad-29 ta' Marzu 2017 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21aa (ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32017 R 0605: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/605 tad-29 ta' Marzu 2017 (ĠU L 84, 30.3.2017, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2017/605 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Settembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)  ĠU L 84, 30.3.2017, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.