27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 177/2017
tat-22 ta’ Settembru 2017
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1065]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/738 tas-27 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli fir-rigward taċ-ċomb, biex tadatta mal-progress tekniku (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/898 tal-24 ta’ Mejju 2017 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-bisfenol A (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32017 L 0738: Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/738 tas-27 ta’ Marzu 2017 (ĠU L 110, 27.4.2017, p. 6), |
— |
32017 L 0898: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/898 tal-24 ta’ Mejju 2017 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 128).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi (UE) 2017/738 u (UE) 2017/898 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(1) ĠU L 110, 27.4.2017, p. 6.
(2) ĠU L 138, 25.5.2017, p. 128.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.