7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 99/2017

tal-5 ta' Mejju 2017

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2019/211]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Li ġej jiġi miżjud fil-punt 8 (ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32016 R 1724: Ir-Regolament (UE) 2016/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 (ĠU L 266, 30.9.2016. p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1724 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 266, 30.9.2016, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.