7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2017

tal-5 ta' Mejju 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2019/208]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), kif kkoreġut permez ta' ĠU L 279, 15.10.2016, p. 94, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/919 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 37i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

32016 R 0919: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-‘kontroll-kmand u sinjalazzjoni’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea, (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1), kif kkoreġut permez ta' ĠU L 279, 15.10.2016, p. 94.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2016/919, kif ikkoreġuti permezz tal-ĠU L 279, 15.10.2016, p. 94, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-Is-Sibt, 6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.