7.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 94/2017
tal-5 ta' Mejju 2017
li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali) u l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE [2019/206]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 213/2011 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, żied it-taħriġ mediku speċjalizzat fl-onkoloġija medika u fil-mediċina ġenetika biex il-lista ta' titoli tal-korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina speċjalizzata fl-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha tiġi adattata biex tirrifletti t-titoli ta' korsijiet tat-taħriġ rilevanti fl-Istati tal-EFTA. |
(3) |
Għalhekk, l-Annessi VII u X tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-punt 1 (Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VII għall-Ftehim ŻEE:
1. |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
2. |
Il-punt (C) għandu jitħassar. |
3. |
Il-punti (A), (B), (D) u (E) huma nnumerati mill-ġdid (B), (D), (E) u (F), rispettivament. |
4. |
Jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
5. |
Fil-punt (E)(a)(iii), tiżdied it-tabella li ġejja:
|
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 3 (ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 L 0055: Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Direttiva 2013/55/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-Is-Sibt, 6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.
(3) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.