7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2017

tal-5 ta' Mejju 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/185]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/851 tas-26 ta' Mejju 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex il-Kroazja tirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tagħha tal-BSE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”) iffirmat fil-11 ta' April 2014 fi Brussell, ilu applikabbli proviżorjament għall-firmatarji tiegħu mit-12 ta' April 2014, u għaldaqstant din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “ L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA JQISU KIF MISTĦOQQ ” fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, il-punt 41b (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE) jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32016 D 0851: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/851 tal-Il-Ħamis, 26 ta' Mejju 2016 (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 131).”

2.

It-test li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tat-test tal-adozzjoni:

“—

L-Iżlanda”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/851 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament mis-6 ta' Mejju 2017, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 131.

(2)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 5.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.