7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2017

tal-5 ta' Mejju 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/180]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 151 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE:

“152.

32016 D 2008: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 51).

Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 310, 17.11.2016, p. 51.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.