|
24.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/66 |
RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL
tas-27 ta' Diċembru 2018
li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Iżrael [2019/106]
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, mill-parti l-oħra (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, mill-parti l-oħra (il-“Ftehim Ewro-Mediterranju”), ġie ffirmat fi Brussell fl-20 ta' Novembru 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2000. |
|
(2) |
L-Artikolu 69 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa. |
|
(3) |
L-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jipprevedi l-possibbiltà li jittieħdu deċiżjonijiet jew isiru rakkomandazzjonijiet permezz ta' proċedura bil-miktub bejn is-sessjonijiet jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. |
|
(4) |
L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Iżrael bi tliet snin se tagħti l-opportunità lill-Partijiet biex ikomplu jagħmlu progress fil-kooperazzjoni tagħhom fis-snin li ġejjin, inkluż permezz tal-possibbiltà li jiġu negozjati prijoritajiet ta' sħubija, |
ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, permezz ta' proċedura bil-miktub, jirrakkomanda li l-Pjan ta' Azzjoni UE-Iżrael jiġi estiż bi tliet snin mid-data tal-adozzjoni tal-estensjoni.
Artikolu 2
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael
Il-President
F. MOGHERINI