10.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/36


DEĊIŻJONI Nru 5/2018 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE

tas-17 ta' Diċembru 2018

li taħtar il-membri fuq il-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) [2019/32]

Il-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u partikolarment l-Artikolu 3(5) tal-Anness III tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 5/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatuti taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Anness tagħha;

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(4) tal-Istatuti taċ-ĊTA jipprevedi li l-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) għandhom jinħatru mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE f'konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Kumitat għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin, soġġetti għal reviżjoni ta' nofs it-term.

(2)

Skont id-Deċiżjoni Nru 4/2016 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-30 ta' Settembru 2016 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (3), il-mandat ta' membru tal-Bord Eżekuttiv skada fis-6 ta' Novembru 2018.

(3)

Skont l-Artikolu 95(1) tiegħu, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ser jiskadi fid-29 ta' Frar 2020. Għalhekk, tliet membri ġodda għandhom jiġu maħtura għall-Bord Eżekuttiv u żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru mill-ġdid għall-perijodu li fadal qabel l-iskadenza tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

(1)   Il-Professur Augusto Manuel CORREIA u s-Sinjura Helena JOHANSSON għandhom jinħatru mill-ġdid bħala membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA sad-29 ta' Frar 2020.

(2)   Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA:

is-Sur David HUNTER,

is-Sur Abel KPAWILINA-NAMKOISSE,

Dr. Boitshoko NTSHABELE.

Artikolu 2

Bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jista' jieħu fil-qafas tal-prerogattivi tiegħu, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA għandu jkun magħmul kif ġej:

il-Professur Augusto Manuel CORREIA,

is-Sur David HUNTER,

is-Sinjura Helena JOHANSSON,

is-Sur Abel KPAWILINA-NAMKOISSE,

Dr. Boitshoko NTSHABELE, u

is-Sinjura Frederike PRAASTERINK,

li l-mandat tagħhom jiskadi fid-29 ta' Frar 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

N. MARSCHIK


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 309, 19.11.2013, p. 50.

(3)   ĠU L 278, 14.10.2016, p. 50.