12.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/3


PROTOKOLL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde (2019–2024)

Artikolu 1

Prinċipji

1.   L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u r-Repubblika ta' Cape Verde (“Cape Verde”), (imsejħin flimkien “il-Partijiet”), b'dan jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde fuq il-bażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Cape Verde jintrabat li japplika l-istess miżuri tekniċi u ta' konservazzjoni għall-flotot industrijali kollha li jistadu għat-tonn fiż-żona tas-sajd tiegħu bil-għan li jikkontribwixxi għal governanza korretta tas-sajd.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li l-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde (1) (“il-Ftehim”) jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (2), kif emendat l-aħħar (“il-Ftehim ta' Cotonou”) fir-rigward tal-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt u dwar elementi fundamentali li jirrigwardaw governanza tajba, żvilupp sostenibbli u ġestjoni ambjentali b'saħħitha.

3.   Il-Partijiet jintrabtu li jippubblikaw u jiskambjaw informazzjoni dwar kull ftehim li jippermetti li bastimenti barranin jidħlu fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde u dwar l-isforz tas-sajd li jirriżulta, b'mod partikolari l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet li jinħarġu u l-qabdiet li jkunu saru.

4.   Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni ( “bastimenti tal-Unjoni”) jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tar-Repubblika ta' Cape Verde biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni valida tas-sajd maħruġa minn Cape Verde taħt dan il-Protokoll.

5.   L-awtoritajiet ta' Cape Verde għandhom jiżguraw li s-sajjieda ta' Cape Verde jkollhom drittijiet esklussivi fiż-żoni tas-sajd li jinsabu 'l isfel mil-limiti stabbiliti f'dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Perjodu ta' applikazzjoni

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta' ħames snin li jibda mill-ewwel jum tal-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 15, sakemm ma tingħatax notifika ta' terminazzjoni taħt l-Artikolu 14.

Artikolu 3

Opportunitajiet tas-sajd

1.   L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni taħt l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:

(a)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża: 28 bastiment;

(b)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba u x-xlief: 14-il bastiment;

(c)

bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: 27 bastiment.

Dawn l-opportunitajiet tas-sajd jimmiraw sajd għal speċijiet ta' ħut li jpassi ħafna elenkati fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar id-Dritt tal-Baħar, fil-limiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 ta' dan il-Protokoll u bl-eċċezzjoni ta' speċijiet li huma protetti jew ipprojbiti fil-qafas tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jew ta' konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 6 u 7.

Artikolu 4

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-valur totali stmat ta' dan il-Protokoll, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2, huwa ta' EUR 3 750 000.

2.   L-ammont annwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 7 tal-Ftehim huwa ta' EUR 750 000 u huwa mqassam kif ġej:

(a)

ammont annwali ta' EUR 400 000 fis-sena bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess għar-riżorsi, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 8 000 tunnellata fis-sena;

(b)

ammont speċifiku ta' EUR 350 000 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd ta' Cape Verde.

Barra minn hekk, huwa stmat li l-imposti li s-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġin taħt l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim u skont il-proċeduri previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness ta' dan il-Protokoll jammontaw għal EUR 600 000 fis-sena.

3.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5, 6, 7, 10 u 14 ta' dan il-Protokoll u għall-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim.

4.   Jekk il-kwantità totali tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' Cape Verde taqbeż it-tunnellaġġ ta' referenza stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi f'dik id-dispożizzjoni għandu jiżdied b'EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni ma għandux ikun aktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 2. Fejn il-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dak il-limitu għandu jitħallas fis-sena ta' wara.

5.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll fl-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju ta' dan il-Protokoll fis-snin ta' wara. L-awtoritajiet ta' Cape Verde għandhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu li jsir mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

6.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandhom jitħallsu f'kontijiet tat-Teżor Pubbliku ta' Cape Verde. Il-kontribuzzjoni prevista fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandha tiddaħħal fil-baġit nazzjonali. Kull sena, l-awtoritajiet ta' Cape Verde għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet bankarji rilevanti.

Artikolu 5

Appoġġ settorjali

1.   L-appoġġ settorjali, taħt dan il-Protokoll, għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-sajd u għall-ekonomija l-blu. L-għan tiegħu hu li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żviluppat is-settur permezz, b'mod partikolari, ta':

 

it-tisħiħ tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

(a)

it-tisħiħ tal-għarfien xjentifiku dwar ir-riżorsi tas-sajd;

(b)

l-appoġġ lill-komunitajiet kostali (għall-attivitajiet tas-sajd,

(c)

għat-taħriġ, għall-impjiegi, għas-sikurezza tas-sajjieda u għall-iżvilupp ekonomiku);

(d)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

(e)

l-appoġġ għall-ekonomija l-blu u l-iżvilupp tal-akkwakultura.

2.   Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jiftiehmu bejniethom, fil-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim (“il-Kummissjoni Konġunta”), dwar programm settorjali pluriennali u dwar regoli ddettaljati ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari:

(a)

linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) ta' dan il-Protokoll;

(b)

il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikun hemm sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta' Cape Verde fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f'politiki oħrajn relattivament għal, jew li jkollhom impatt fuq, l-introduzzjoni ta' sajd responsabbli u sostenibbli;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri li jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin, fuq bażi annwali.

3.   Kull emenda tal-programm settorjali annwali jew pluriennali li tiġi proposta għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni Konġunta, fejn meħtieġ permezz ta' skambju tal-ittri.

4.   Kull sena, Cape Verde għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni Konġunta dwar il-progress li jkun sar fil-proġetti implimentati permezz tal-appoġġ settorjali. Il-Kummissjoni Konġunta għandha teżamina dan ir-rapport u tevalwa r-riżultati miksubin.

5.   Il-ħlas tal-appoġġ settorjali għandu jsir f'serje ta' ħlasijiet parzjali skont il-bżonnijiet identifikati matul l-ipprogrammar u r-riżultati miksubin.

6.   L-Unjoni tista' tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew totalment, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) ta' dan il-Protokoll f'każ ta' nuqqas tal-implimentazzjoni tagħha jew f'każ li r-riżultati miksubin ma jkunux konsistenti mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Konġunta.

7.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet u ftehim bejniethom, meta r-riżultati tal-implimentazzjoni jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 4(2) ta' dan il-Protokoll ma għandux isir wara perjodu ta' sitt xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

8.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali.

Artikolu 6

Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.   Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni u l-awtoritajiet ta' Cape Verde għandhom jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tal-qabdiet, tal-isforz tas-sajd u tal-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde għall-ispeċijiet kollha tal-ħut li dan il-Protokoll ikopri. B'mod partikolari, il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-ġbir u l-analiżi tad-data, sabiex ikun jista' jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tal-klieb il-baħar fiż-ŻEE ta' Cape Verde.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT marbutin mal-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

3.   Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet jistgħu jiftiehmu bejniethom li jorganizzaw laqgħa xjentifika konġunta biex jirrevedu l-istat tal-ispeċijiet ewlenin li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu qed jistadu għalihom, b'mod partikolari l-klieb il-baħar pelaġiċi. Ir-riżultati tal-laqgħa xjentifika għandhom jitressqu lill-Kummissjoni Konġunta. Il-Kummissjoni Konġunta għandha, meta jkun xieraq, tadotta miżuri addizzjonali maħsubin biex jiżguraw li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni.

4.   Minħabba l-fatt li l-klieb il-baħar pelaġiċi jistgħu jkunu fost l-ispeċijiet li jinqabdu mill-bastimenti tal-Unjoni relattivament għas-sajd għat-tonn, u minħabba li dawn huma speċijiet vulnerabbli, hekk kif espress mill-pariri xjentifiċi tal-ICCAT, kull qabda tal-ispeċijiet in kwistjoni mill-bastimenti tas-sajd bil-konz li jkunu qed jistadu taħt dan il-Protokoll tenħtieġ attenzjoni speċjali abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex itejbu d-disponibbiltà u l-monitoraġġ tad-data xjentifika marbuta mal-ispeċijiet maqbudin.

5.   Għal dan il-għan, iż-żewġ Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-monitoraġġ strett ta' dan it-tip ta' sajd sabiex jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsa. Il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ għandu jissejjes b'mod partikolari fuq skambju, kull tliet xhur, ta' data dwar il-qabdiet tal-klieb il-baħar. Jekk, matul sena waħda, dawn il-qabdiet ikunu jaqbżu t-30 % tat-tunnellaġġ ta' referenza msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2), għandu jiġi stabbilit monitoraġġ imsaħħaħ imsejjes fuq skambju ta' data u konsultazzjoni kull xahar bejn il-Partijiet. Jekk, matul sena waħda, il-qabdiet jilħqu l-40 % tat-tunnellaġġ ta' referenza msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni Konġunta għandha, fejn ikun hemm bżonn, tadotta miżuri addizzjonali ta' ġestjoni li jistabbilixxu qafas aktar adegwat għall-attivitajiet tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz.

6.   Il-Kummissjoni Konġunta tista' tiddeċiedi li taġġusta l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ imsemmi hawn fuq abbażi tar-riżultati tal-ħidma tal-laqgħa xjentifika konġunta.

7.   Il-Partijiet għandhom jikkollaboraw bejniethom sabiex isaħħu l-mekkaniżmi għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat f'Cape Verde.

Artikolu 7

Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi bi ftehim reċiproku

1.   Il-Kummissjoni Konġunta tista' tirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 3 u taġġustahom bi ftehim reċiproku sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT jikkonfermaw li l-aġġustament jiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) għandha tiġi aġġustata b'mod proporzjonat u pro rata temporis u dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

2.   Il-Kummissjoni Konġunta tista', fejn meħtieġ, teżamina u tadatta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali previsti f'dan il-Protokoll, bi ftehim reċiproku.

Artikolu 8

Promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex itejbu l-opportunitajiet għall-ħatt l-art fil-portijiet ta' Cape Verde.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment.

Artikolu 9

Kooperazzjoni fil-qasam tal-ekonomija l-blu

1.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw bejniethom sabiex jippromwovu l-ekonomija l-blu, b'mod partikolari fl-oqsma tal-akkwakultura, tal-ippjanar tat-territorji marittimi, tal-enerġija, tal-bijoteknoloġiji tal-baħar u tal-ħarsien tal-ekosistemi tal-baħar.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-investimenti fis-settur tas-sajd u fl-ekonomija marittima, skont l-għanijiet tas-Sħubija Speċjali bejn Cape Verde u l-Unjoni.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex iżidu l-għarfien fost l-operaturi tal-Unjoni Ewropea tas-settur privat dwar l-opportunitajiet kummerċjali u industrijali li jeżistu fis-settur tas-sajd u fl-ekonomija marittima ta' Cape Verde.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jiżviluppaw azzjonijiet konġunti u sabiex jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki bejniethom. Għal dan il-għan, huma għandhom jiftiehmu dwar punti fokali u arranġamenti għall-komunikazzjoni.

Artikolu 10

Sospensjoni tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk ikunu applikabbli waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk ma jkunux jistgħu jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' Cape Verde minħabba każ ta' forza maġġuri jew minħabba ċirkustanzi mhux mistennija;

(b)

jekk ikun hemm tibdil sinifikanti fil-formulazzjoni jew fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' xi waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

(c)

jekk jiġu attivati l-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou minħabba ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u ta' prinċipji demokratiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 9 ta' dak il-Ftehim;

(d)

jekk l-Unjoni tonqos milli tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

(e)

jekk ikun hemm tilwima serja u mhux solvuta bejn iż-żewġ Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Protokoll.

2.   Fejn l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk imsemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha s-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ. Is-sospensjoni ta' dan il-Protokoll għar-raġunijiet mogħtija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tapplika minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni ta' sospensjoni.

3.   F'każ ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tinstab tali soluzzjoni, dan il-Protokoll għandu jerġa' jibda jiġi applikat u l-ammont tal-kumpens finanzjarju għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont it-tul ta' żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 11

Skambju elettroniku tad-data

1.   Cape Verde u l-Unjoni jintrabtu li jibdew iħaddmu u jżommu s-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2.   Il-verżjoni elettronika ta' dokument għandha titqies li hija ekwivalenti għalkollox għall-verżjoni stampata tiegħu.

3.   Cape Verde u l-Unjoni għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. Konsegwentement, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jintbagħtu b'mod awtomatiku b'mod ieħor ta' komunikazzjoni.

Artikolu 12

Kunfidenzjalità tad-data

1.   Cape Verde u l-Unjoni jintrabtu li jiżguraw li kull data nominattiva marbuta mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-qafas tal-Ftehim tkun, f'kull ħin, proċessata strettament skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' Cape Verde biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ICCAT.

3.   Id-data li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biss għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-ġestjoni, kontroll u sorveljanza tas-sajd.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed joperaw fl-ilmijiet ta' Cape Verde taħt dan il-Protokoll għandhom ikunu regolati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'Cape Verde, b'mod partikolari l-pjan ta' ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd ta' Cape Verde, sakemm il-Ftehim jew dan il-Protokoll, u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu, ma jipprevedux mod ieħor.

2.   L-awtoritajiet ta' Cape Verde għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea b'kull bidla jew b'kull leġiżlazzjoni ġdida relatata mas-settur tas-sajd.

Artikolu 14

Terminazzjoni

1.   F'każ ta' terminazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra l-intenzjoni tagħha li titterminah mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha tali terminazzjoni tkun tidħol fis-seħħ.

2.   It-trasmissjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti bidu għal konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu 15

Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Съставено в Брюксел на двадесети май две хиляди и деветнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinte de mayo de dos mil diecinueve.

V Bruselu dne dvacátého května dva tisíce devatenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tyvende maj to tusind og nitten.

Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten Mai zweitausendneunzehn.

Kahe tuhande üheksateistkümnenda aasta maikuu kahekümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαεννέα.

Done at Brussels on the twentieth day of May in the year two thousand and nineteen.

Fait à Bruxelles, le vingt mai deux mille dix-neuf.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadesetog svibnja godine dvije tisuće devetnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venti maggio duemiladiciannove.

Briselē, divi tūkstoši deviņpadsmitā gada divdesmitajā maijā.

Priimta du tūkstančiai devynioliktų metų gegužės dvidešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkilencedik év május havának huszadik napján.

Magħmul fi Brussell, fl-għoxrin jum ta’ Mejju fis-sena elfejn u dsatax.

Gedaan te Brussel, twintig mei tweeduizend negentien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego maja roku dwa tysiące dziewiętnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte de maio de dois mil e dezanove.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci mai două mii nouăsprezece.

V Bruseli dvadsiateho mája dvetisícdevätnásť.

V Bruslju, dne dvajsetega maja leta dva tisoč devetnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattayhdeksäntoista.

Som skedde i Bryssel den tjugonde maj år tjugohundranitton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

За Република Кабо Верде

Por la República de Cabo Verde

Za Kapverdskou republiku

For Republikken Kap Verde

Für die Republik Cabo Verde

Cabo Verde Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Πράσινου Ακρωτηρίου

For the Republic of Cape Verde

Pour la République du Cap-Vert

Za Republiku Kabo Verde

Per la Repubblica del Capo Verde

Kaboverdes Republikas vārdā –

Žaliojo Kyšulio Respublikos vardu

A Zöld-foki Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' Cape Verde

Voor de Republiek Kaapverdië

W imieniu Republiki Zielonego Przylądka

Pela República de Cabo Verde

Pentru Republica Capului Verde

Za Kapverdskú republiku

Za Republiko Zelenortski otoki

Kap Verden tasavallan puolesta

För Republiken Kap Verde

Image 2


(1)   ĠU UE L 414, 30.12.2006, p. 3.

(2)   ĠU KE L 317, 15.12.2000, p. 3.


ANNESS

IL-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA' CAPE VERDE

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Nominazzjoni tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni jew għal Cape Verde bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

(a)

għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni f'Cape Verde;

(b)

għal Cape Verde: il-Ministeru għas-Sajd.

2.   Żona tas-sajd

Il-koordinati taż-ŻEE ta' Cape Verde huma mogħtija fl-Appendiċi 1. Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom lil hinn mil-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Appendiċi 2, waqt li s-sajjieda ta' Cape Verde se jibqa' jkollhom id-dritt esklussiv li jistadu 'l isfel minn dawn il-limiti.

Cape Verde għandu, meta joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, jgħarraf lis-sidien tal-bastiment bil-koordinati ta' kull żona li fiha ma jistax isir tbaħħir u sajd. Huwa għandu jgħarraf ukoll lill-Unjoni b'dan.

3.   Ħatra ta' aġent lokali

Kull bastiment tal-Unjoni li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrażbordah f'port ta' Cape Verde jista' jiġi rrappreżentat minn aġent li jkun residenti f'Cape Verde.

4.   Kont bankarju

Cape Verde għandu jinnotifika lill-Unjoni, qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, id-dettalji tal-kont jew kontijiet bankarji li fihom għandhom jitħallsu l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu taħt il-Ftehim. L-ispejjeż assoċjati mat-trasferimenti bankarji għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti.

KAPITOLU II

AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

Taqsima 1

Proċeduri applikabbli

1.   Kondizzjoni biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd – bastimenti eliġibbli

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kondizzjoni li l-bastiment ikun inkluż fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni. L-obbligi preċedenti kollha tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f'Cape Verde taħt il-Ftehim għandhom ikunu sodisfatti qabel tali ħruġ.

2.   Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd

L-Unjoni għandha tressaq lil Cape Verde applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jixtieq jistad taħt il-Ftehim mill-inqas 15-il jum qabel jibda l-perjodu ta' validità mitlub, billi tuża l-formola mogħtija fl-Appendiċi 3. L-applikazzjoni għandha tkun ittajpjata jew miktuba b'ittri kbar b'mod li jkun jista' jinqara.

L-ispeċijiet fil-mira jridu jiġu indikati b'mod ċar fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd.

Għal kull applikazzjoni inizjali għal awtorizzazzjoni tas-sajd taħt il-Protokoll fis-seħħ, jew wara li l-bastiment ikkonċernat issirlu bidla teknika, flimkien mal-applikazzjoni jridu jintbagħtu l-prova li tħallset l-imposta b'rata fissa għall-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba u l-kontribuzzjoni b'rata fissa għall-osservaturi msemmija fil-Kapitolu IX, kif ukoll:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-aġent lokali tal-bastiment, jekk ikun hemm wieħed;

(b)

ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, meħud mill-ġenb, ta' daqs tal-inqas 15-il cm b'10 cm;

(c)

kull dokument ieħor speċifikament meħtieġ taħt il-Ftehim.

Għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni tas-sajd taħt il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid teħtieġ li jkollha magħha biss il-prova li tħallset l-imposta u l-kontribuzzjoni b'rata fissa għall-ispejjeż marbutin mal-osservatur.

3.   Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

Awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn u speċijiet marbutin miegħu (“atum e afins”) u għal speċijiet oħrajn awtorizzati taħt dan il-Protokoll għandha tinħareġ minn Cape Verde lill-Unjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-fajl kollu tal-applikazzjoni.

F'każ li awtorizzazzjoni tas-sajd tiġġedded matul il-perjodu li fih japplika dan il-Protokoll, l-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida jrid ikun fiha referenza ċara għall-awtorizzazzjoni tas-sajd inizjali.

L-Unjoni għandha tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu. Jekk l-uffiċċji tal-Unjoni jkunu magħluqin, Cape Verde jista' jibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu, u jibgħat kopja lill-Unjoni.

4.   Lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu

Malli joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Cape Verde għandu jistabbilixxi mingħajr dewmien, għal kull kategorija ta' bastimenti, il-lista finali tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-korp nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd, u lill-Unjoni.

5.   Perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u jkunu jistgħu jiġġeddu.

Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta' validità, “perjodu ta' sena” għandha tfisser:

(a)

għall-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-31 ta' Diċembru tal-istess sena;

(b)

fis-snin ta' wara, kull sena kalendarja sħiħa;

(c)

għall-aħħar sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u d-data meta jiskadi dan il-Protokoll.

6.   Żamma abbord tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

Kopja ta' din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat minnufih b'mod elettroniku lill-Unjoni u lis-sidien tal-bastiment jew lill-aġenti lokali tagħhom. Il-kopja, li għandha tinżamm abbord, tista' tintuża għal perjodu massimu ta' 60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni. Wara dan il-perjodu, trid tinżamm abbord l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali.

7.   Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

Awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita. Madankollu, f'każ ta' prova ta' forza maġġuri, bħat-telf ta' bastiment jew in-nuqqas ta' użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, u, fuq talba tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinbidel b'awtorizzazzjoni ġdida maħruġa f'isem bastiment ieħor li jkun simili għal dak li għandu jinbidel.

It-trasferiment għandu jsir billi sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu f'Cape Verde jagħtu lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha tinbidel, u billi Cape Verde jistabbilixxi malajr kemm jista' jkun l-awtorizzazzjoni ta' sostituzzjoni. L-awtorizzazzjoni ta' sostituzzjoni għandha tingħata mingħajr aktar dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu meta jagħtu lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel. L-awtorizzazzjoni ta' sostituzzjoni għandha ssir effettiva dakinhar li tingħata lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel.

Cape Verde għandu jaġġorna malajr kemm jista' jkun il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-korp nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd, u lill-Unjoni.

8.   Bastimenti ta' appoġġ

Fuq talba tal-Unjoni, u wara analiżi mill-awtoritajiet kompetenti, Cape Verde għandu jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta' appoġġ.

Il-bastimenti ta' appoġġ ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. It-tali appoġġ la jista' jinkludi riforniment ta' fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.

Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija f'dan il-Kapitolu, safejn din tkun tapplika għalihom. Cape Verde għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta' appoġġ awtorizzati u jibgħatha minnufih lill-Unjoni.

Għandha titħallas imposta annwali ta' EUR 3 500 għal dawn il-bastimenti.

Taqsima 2

Imposti u ħlasijiet bil-quddiem

1.   Is-sidien il-bastimenti għandhom iħallsu imposta ta' EUR 70 għal kull tunnellata ħut li jaqbdu.

2.   L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li jkunu tħallsu lill-awtoritajiet kompetenti ta' Cape Verde l-imposti b'rata fissa li jridu jitħallsu minn qabel li ġejjin:

(a)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, EUR 6 510 fis-sena, li jikkorrispondu għal tunnellaġġ ta' 93 tunnellata għal kull bastiment;

(b)

għall-bastimenti tas-sajd bil-qasba u x-xlief, EUR 1 400 fis-sena, li jikkorrispondu għal tunnellaġġ ta' 20 tunnellata għal kull bastiment;

(c)

għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, EUR 3 850 fis-sena, li jikkorrispondu għal tunnellaġġ ta' 55 tunnellata għal kull bastiment.

3.   L-imposta b'rata fissa li trid titħallas minn qabel għandha tinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet, it-taxxi tat-trażbord u l-ispejjeż għall-provvista tas-servizzi. Għall-ewwel u għall-aħħar sena, l-imposta b'rata fissa li trid titħallas minn qabel u t-tunnellaġġ ekwivalenti tagħha għal kull bastiment għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis skont l-għadd ta' xhur li tkopri l-awtorizzazzjoni.

4.   Għal kull bastiment l-Unjoni għandha tistabbilixxi, abbażi tar-rappurtar minnu tal-qabdiet tiegħu, kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta' qabel. L-Unjoni għandha tibgħat dan il-kalkolu finali lil Cape Verde u lil sid il-bastiment permezz tal-Istati Membri qabel it-30 ta' April tas-sena li tkun għaddejja. Cape Verde jista' jikkontesta l-kalkolu finali, abbażi ta' evidenza ddokumentata, fi żmien 30 jum minn meta jirċevih. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kummissjoni Konġunta. Jekk Cape Verde ma joġġezzjonax fi żmien 30 jum, il-kalkolu finali għandu jitqies li ġie adottat.

5.   Fejn il-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b'rata fissa li tkun tħallset minn qabel biex inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lil Cape Verde fi żmien 45 jum, sakemm ma jikkontestax il-ħlas huwa stess. Madankollu, fejn il-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b'rata fissa li tkun tħallset minn qabel, sid il-bastiment ma jkunx jista' jirkupra l-ammont li jifdal.

KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI TA' KONSERVAZZJONI

Il-miżuri tekniċi li japplikaw għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd fir-rigward taż-żoni, tal-irkaptu tas-sajd u tal-qabdiet inċidentali huma stabbiliti fl-Appendiċi 2 għal kull kategorija ta' sajd.

Il-bastimenti għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT. F'konformità ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-livell ta' qabdiet inċidentali ta' fkieren tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċijiet oħrajn li mhumiex fil-mira. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jeħilsu kull tali qabda inċidentali fl-interess tas-sopravvivenza tal-ispeċijiet ikkonċernati.

KAPITOLU IV

RAPPURTAR TAL-QABDIET

1.   Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jistad taħt il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ICCAT. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta' abbord tas-sajd.

2.   Kull bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni maħruġa taħt dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika (“ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment (“ data tal-ERS”).

3.   Bastiment li jkollu awtorizzazzjoni maħruġa taħt dan il-Protokoll li ma jkunx mgħammar b'ERS, jew li l-ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, ma għandux ikun awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

4.   Il-qabdiet għandhom jiġi nnotifikati kif speċifikat fl-Appendiċi 5.

5.   Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jqiegħda b'mod awtomatiku għad-dispożizzjoni ta' Cape Verde. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li d-data tasal u tiġi rreġistrata f'bażi tad-data elettronika li tippermetti li d-data tinżamm b'mod sigur għal mill-inqas 36 xahar.

6.   L-Istat tal-bandiera u Cape Verde għandhom jiżguraw li huma jkollhom it-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS.

7.   It-trażmissjoni tad-data tal-ERS għandha sseħħ bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni operati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji f'forma standardizzata tad-data dwar is-sajd.

8.   F'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabdiet, Cape Verde jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sa meta jinkiseb ir-rapport tal-qabdiet li jkun nieqes u jista' jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, Cape Verde jista' jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Cape Verde għandu jgħarraf lill-Unjoni minnufih b'kull piena li tiġi applikata f'dan il-kuntest.

9.   L-Istat tal-bandiera u Cape Verde għandhom, kull wieħed, jinnominaw korrispondent tal-ERS li għandu jservi bħala l-punt ta' kuntatt għal kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll. L-Istat tal-bandiera u Cape Verde għandhom jinnotifikaw lil xulxin id-dettalji ta' kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi tagħhom u, fejn ikun hemm bżonn, għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni mingħajr dewmien.

KAPITOLU V

ĦATT L-ART U TRAŻBORD

1.   Notifika

Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq iħott il-ħut l-art f'port ta' Cape Verde, jew jittrażborda ħut li jkun qabad fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde għandu jinnotifika lil Cape Verde, mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, l-affarijiet li ġejjin:

(a)

isem il-bastiment tas-sajd li għandu jħott il-ħut l-art jew jittrażborda l-qabdiet;

(b)

il-port tal-ħatt l-art jew tat-trażbord;

(c)

id-data u l-ħin previsti għall-ħatt l-art jew għat-trażbord;

(d)

il-kwantità (mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta' ħut individwali) ta' kull speċi li għandha tinħatt l-art jew tiġi ttrażbordata (identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha);

(e)

fil-każ tat-trażbord, isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut;

(f)

iċ-ċertifikat relattiv għar-regoli dwar is-saħħa tal-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut.

Kull trażbord irid isir fl-ilmijiet ta' port ta' Cape Verde li jkun awtorizzat għal dan il-għan. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.

In-nuqqas ta' konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet għandu jwassal biex jiġu applikati l-pieni previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni ta' Cape Verde.

2.   Inċentivi għall-ħatt l-art

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jikkontribwixxu għall-izvilupp tal-industrija tas-sajd ta' Cape Verde u sabiex isaħħu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-Ftehim, b'mod partikolari billi jżidu l-ħatt l-art mill-bastimenti tal-Unjoni u billi jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd.

Is-sidien tal-bastimenti li jistadu għat-tonn għandhom jagħmlu ħilithom biex iħottu l-art parti mill-qabdiet li jkunu għamlu fl-ilmijiet ta' Cape Verde. Il-qabdiet li jinħattu l-art jistgħu jinbiegħu lill-intrapriżi lokali bi prezz iddefinit abbażi ta' negozjati bejn l-operaturi.

Il-Kummissjoni Konġunta għandha timmonitorja b'mod regolari l-implimentazzjoni tal-istrateġija maħsuba biex iżżid ir-rata tal-ħatt l-art kif ukoll it-tħaddim tajjeb tal-infrastrutturi tal-port u tal-ipproċessar wara konsultazzjoni mal-operaturi kkonċernati.

KAPITOLU VI

KONTROLL U SPEZZJONI

1.   Dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha

Cape Verde għandu jiġi nnotifikat b'kull dħul fiż-żona tas-sajd tiegħu jew kull ħruġ minnha ta' bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien tliet sigħat qabel id-dħul jew il-ħruġ.

Meta jinnotifika d-dħul jew ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu b'mod partikolari jinnotifika:

(a)

id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ previsti;

(b)

il-kwantità ta' kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun hemm bżonn, fl-għadd ta' ħut individwali;

(c)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

2.   Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – il-VMS

Kull bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni taħt dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b'sistema ta' monitoraġġ satellitari tal-bastimenti (“VMS”), skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-Appendiċi 4.

Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jaqta', jeqred, jiddanneġġja jew jiddiżattiva s-sistema ta' monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjoni permezz tal-komunikazzjoni satellitari li tkun abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data, jew li wieħed bi ħsieb jibdel, jiddevja jew jiffalsifika data li tali sistema tittrażmetti jew tirreġistra.

In-notifika għandha preferibbilment tintbagħat permezz tal-ERS jew tal-VMS jew, jekk is-sistema jkollha l-ħsara, bil-posta elettronika, bil-faks jew bir-radju. Cape Verde għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b'kull bidla fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefon jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Waqt li jkunu fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b'VMS biex tkun żgurata l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f'kull ħin, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu:

(a)

jinkludi l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)

jinkludi l-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 500 metru, u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %;

(c)

jinkludi d-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)

jinkludi l-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa;

(e)

jikkonforma mal-format mogħti fl-Appendiċi 4.

Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel għandu jitqies bhala bastiment li jkun qed jikser ir-regoli.

3.   Spezzjoni

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, jew fil-port, ta' bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn spetturi ta' bastimenti u ta' Cape Verde li jkunu identifikati b'mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi ta' Cape Verde għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u tal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

L-ispetturi ta' Cape Verde għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Cape Verde jista' jawtorizza lill-Unjoni tieħu sehem fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur.

Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi ta' Cape Verde u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi ta' Cape Verde għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.

L-ispetturi ta' Cape Verde għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jinżlu minn fuq il-bastiment. Cape Verde għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien tmint ijiem mill-ispezzjoni.

KAPITOLU VII

KSUR TAR-REGOLI

1.   Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd taħt dan l-Anness irid jissemma f'rapport tal-ispezzjoni.

L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' sid il-bastiment li jiddefendi ruħu mill-akkuża ta' ksur.

2.   Detenzjoni ta' bastiment – laqgħa ta' informazzjoni

Fejn il-leġiżlazzjoni ta' Cape Verde li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tkun tippermetti dan, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista' jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, f'każ li jkun qed ibaħħar, jirritorna lejn port ta' Cape Verde.

Cape Verde għandu jinnotifika lill-Unjoni fi żmien jum tax-xogħol b'kull detenzjoni ta' bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Ma' din in-notifika għandhom jingħataw elementi li jiġġustifikaw id-detenzjoni.

Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, Cape Verde għandu jorganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien jum tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta' informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x'azzjoni oħra tista' tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista' jattendi din il-laqgħa ta' informazzjoni.

3.   Pieni għall-ksur – proċedura ta' kompromess

Cape Verde għandu jistabbilixxi l-piena għall-ksur allegat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun fis-seħħ.

Fejn ir-riżoluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta' kompromess bejn Cape Verde u l-Unjoni qabel jingħata bidu għal proċedimenti legali, sabiex jiġu stabbiliti t-termini u l-livell tal-piena. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista' jieħu sehem f'din il-proċedura ta' kompromess. Il-proċedura ta' kompromess għandha tintemm sa mhux iktar tard minn tlett ijiem min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

4.   Proċedimenti legali – garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta' kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul minn Cape Verde, li l-ammont tagħha, kif stabbilit minn Cape Verde, għandu jkun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista' jkun hemm 'il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata' s-sentenza:

(a)

kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

(b)

fl-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Cape Verde għandu jgħarraf lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5.   Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta' kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

KAPITOLU VIII

IMPJIEG TAL-BAĦRIN

1.   L-għadd ta' baħrin li għandhom jiġu mbarkati

Waqt l-istaġun tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jimpjegaw baħrin minn Cape Verde skont il-limiti li ġejjin:

(a)

il-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni għandha timpjega mill-inqas sitt baħrin;

(b)

il-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba u x-xlief għandha timpjega mill-inqas żewġ baħrin;

(c)

il-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandha timpjega mill-inqas ħames baħrin.

Is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jimpjegaw iktar baħrin minn Cape Verde.

2.   Għażla ħielsa tal-baħrin

Cape Verde għandu jżomm lista tal-baħrin minn Cape Verde li jkunu kkwalifikati biex jiġu mpjegati fuq il-bastimenti tal-Unjoni.

Sid il-bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jagħżel b'mod ħieles mil-lista ta' baħrin minn Cape Verde li l-bastiment għandu jimpjega u għandu jgħarraf lil Cape Verde li dawn ikunu żdiedu mal-ekwipaġġ tiegħu.

3.   Kuntratti tal-baħrin

Il-kuntratt tal-impjieg għall-baħrin minn Cape Verde għandu jitfassal minn sid il-bastiment jew mill-aġent tiegħu u l-baħri, li jista' jkun rrappreżentat mit-trejdjunjin tiegħu jekk ikun hemm bżonn. L-awtorità marittima ta' Cape Verde għandha tiffirma dan il-kuntratt. Il-kuntratt għandu jistipula, b'mod partikolari, id-data u l-port tal-impjieg abbord.

Il-kuntratt għandu jiżgura għall-baħri l-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalih f'Cape Verde. Dan il-kuntratt għandu jinkludi assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni kontra l-mard u l-inċidenti.

Il-firmatarji tal-kuntratt għandhom jingħataw kopja tiegħu.

Il-baħrin minn Cape Verde għandhom jingħataw id-drittijiet fundamentali tax-xogħol stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Dan jikkponċerna l-iktar il-libertà tal-assoċjazzjoni, ir-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv, u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni marbuta mal-impjieg u max-xogħol.

4.   Paga tal-baħrin

Il-paga tal-baħrin minn Cape Verde għandha titħallas minn sid il-bastiment. Din il-paga għandha tiġi stabbilita bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u Cape Verde qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Il-paga ma għandhiex tkun iktar baxxa minn dik tal-ekwipaġġi tal-bastimenti nazzjonali, jew mil-livell stabbilit mill-ILO.

5.   Obbligi tal-baħrin

Il-baħri għandu jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment li għalih ikun ingħażel lejlet id-data tal-impjieg abbord stipulata fil-kuntratt. Il-kaptan għandu javża lill-baħri bid-data u l-ħin tal-impjieg abbord. Jekk il-baħri jirtira mill-kuntratt jew ma jitfaċċax fid-data u l-ħin stipulati għall-impjieg abbord tiegħu, il-kuntratt tiegħu jitqies null u bla effett u sid il-bastiment jinħeles b'mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jimpjegah. F'dan il-każ, sid il-bastiment ma għandux ikun responsabbli għall-ħlas ta' ebda piena finanzjarja jew kumpens.

6.   Nuqqas ta' impjieg abbord ta' baħrin

Is-sidien tal-bastimenti li jonqsu milli jimpjegaw baħrin minn Cape Verde għandhom ikunu meħtieġa jħallsu, qabel it-30 ta' Settembru tas-sena li tkun għaddejja, għal kull baħri inqas mill-għadd stabbilit fil-paragrafu 1, ammont b'rata fissa ta' EUR 20 għal kull jum li fih il-bastimenti tagħhom kienu jinsabu fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde.

KAPITOLU IX

OSSERVATURI

1.   Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Sa meta tiġi implimentata sistema ta' osservaturi reġjonali, il-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde taħt il-Ftehim għandhom itellgħu abbord, minflok osservaturi reġjonali, osservaturi magħżulin minn Cape Verde skont ir-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għal skema ta' osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-qafas ta' dan il-Ftehim.

Din l-iskema ta' osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT.

2.   Bastimenti u osservaturi nominati

Cape Verde għandu jinnomina l-bastimenti tal-Unjoni li fuqhom ikun meħtieġ jittella' abbord osservatur, kif ukoll l-osservatur magħżul għal dawk il-bastimenti, sa mhux iktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.

Meta joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Cape Verde għandu jgħarraf lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, bil-bastimenti u osservaturi nominati, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment. Cape Verde għandu jgħarraf minnufih lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, b'kull bidla fil-bastimenti u osservaturi nominati.

Cape Verde għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jinnominax osservaturi għal bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li diġà jkunu obbligati formalment li jtellgħu abbord osservatur waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom f'żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk ta' Cape Verde.

L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.   Kontribuzzjoni finanzjarja b'rata fissa

Meta jħallas l-imposta, sid il-bastiment għandu jħallas lil Cape Verde ammont b'rata fissa ta' EUR 200 fis-sena għal kull bastiment.

4.   Paga tal-osservatur

Cape Verde għandu jħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.

5.   Kondizzjonijiet tal-imbark

Il-kondizzjonijiet tal-imbark għall-osservatur, b'mod partikolari t-tul ta' żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u Cape Verde.

Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur abbord il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għal mezzi ta' komunikazzjoni u għal dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b'mod partikolari għall-ġurnal ta' abbord tas-sajd u għall-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment li huma marbutin b'mod dirett ma' dmirijietu.

6.   Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

(a)

jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel il-ħidmiet tas-sajd;

(b)

jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkunu abbord;

(c)

jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta' kull dokument tal-bastiment.

7.   Imbark u żbark ta' osservaturi

L-osservatur għandu jiġi mbarkat f'port magħżul minn sid il-bastiment.

Sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jgħarraf lil Cape Verde, tal-inqas għaxart ijiem qabel l-imbark, bid-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.

Jekk l-osservatur ma jitfaċċax għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin previsti, sid il-bastiment għandu jinħeles b'mod awtomatiku mill-obbligu tiegħu li jimbarkah. Il-bastiment għandu jkun ħieles li jħalli l-port u li jibda l-ħidmiet tas-sajd tiegħu.

Meta l-osservatur ma jiġix żbarkat f'port ta' Cape Verde, sid il-bastiment għandu jħallas għar-ritorn tal-osservatur lejn Cape Verde mill-aktar fis possibbli.

8.   Kompiti tal-osservatur

L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;

(b)

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt il-ħidmiet tas-sajd tiegħu;

(c)

jieħu kampjuni bijoloġiċi fil-kuntest ta' programm xjentifiku;

(d)

jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

(e)

ivverifika d-data dwar il-qabdiet għaż-żona tas-sajd ta' Cape Verde reġistrata fil-ġurnal ta' abbord;

(f)

jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati;

(g)

jibgħat osservazzjonijiet bir-radju, bil-faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, inkluż l-kwantità ta' qabdiet ewlenin u inċidentali abbord.

9.   Rapport tal-osservatur

Qabel ma jinżel minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt iżid il-kummenti tiegħu fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lil Cape Verde, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-Unjoni fi żmien tmint ijiem mill-iżbark tal-osservatur.


(1)  Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU UE L 347, 28.12.2017, p. 81).


APPENDIĊIJIET TAL-ANNESS

Appendiċi 1 – Iż-żona tas-sajd ta' Cape Verde

Appendiċi 2 – Miżuri tekniċi ta' konservazzjoni

Appendiċi 3 – Formola ta' Applikazzjoni għal Awtorizzazzjoni

Appendiċi 4 – Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti

Appendiċi 5 – Implimentazzjoni tas-sistema elettronika għar-reġistrazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd (ERS)

APPENDIĊI 1

IŻ-ŻONA TAS-SAJD TA' CAPE VERDE

Iż-żona tas-sajd ta' Cape Verde tasal sa 200 mil nawtiku mil-linji bażi li ġejjin:

Punt

Latitudni lejn it- Tramuntana

Lonġitudni lejn il-Punent

Gżira

A.

14° 48′ 43,17″

24° 43′ 48,85″

I. Brava

C-P1 a Rainha

14° 49′ 59,10″

24° 45′ 33,11″

C-P1 a Faja

14° 51′ 52,19″

24° 45′ 09,19″

D-P1 Vermelharia

16° 29′ 10,25″

24° 19′ 55,87″

S. Nicolau

E.

16° 36′ 37,32″

24° 36′ 13,93″

Ilhéu Raso

F-P1 a da Peça

16° 54′ 25,10″

25° 18′ 11,00″

Santo Antão

F.

16° 54′ 40,00″

25° 18′ 32,00″

G-P1 a Camarín

16° 55′ 32,98″

25° 19′ 10,76″

H-P1 a Preta

17° 02′ 28,66″

25° 21′ 51,67″

I-P1 A Mangrade

17° 03′ 21,06″

25° 21′ 54,44″

J-P1 a Portinha

17° 05′ 33,10″

25° 20′ 29,91″

K-P1 a do Sol

17° 12′ 25,21″

25° 05′ 56,15″

L-P1 a Sinagoga

17° 10′ 41,58″

25° 01′ 38,24″

M-Pta Espechim

16° 40′ 51,64″

24° 20′ 38,79″

S. Nicolau

N-Pta Norte

16° 51′ 21,13″

22° 55′ 40,74″

Sal

O-Pta Casaca

16° 50′ 01,69″

22° 53′ 50,14″

P-Ilhéu Cascalho

16° 11′ 31,04″

22° 40′ 52,44″

Boa Vista

Pl-Ilhéu Baluarte

16° 09′ 05,00″

22° 39′ 45,00″

Q-Pta Roque

16° 05′ 09,83″

22° 40′ 26,06″

R-Pta Flamengas

15° 10′ 03,89″

23° 05′ 47,90″

Maio

S.

15° 09′ 02,21″

23° 06′ 24,98″

Santiago

T.

14° 54′ 10,78″

23° 29′ 36,09″

U-D. Maria Pia

14° 53′ 50,00″

23° 30′ 54,50″

I. de Fogo

V-Pta Pesqueiro

14° 48′ 52,32″

24° 22′ 43,30″

I. Brava

X-Pta Nho Martinho

14° 48′ 25,59″

24° 42′ 34,92″

II >

14° 48′ 43,17″

24° 43′ 48,85″

 

Skont it-Trattat li r-Repubblika ta' Cape Verde u r-Repubblika tas-Senegal iffirmaw bejniethom fis-17 ta' Frar 1993, il-fruntiera marittima mas-Senegal hija delimitata mill-punti li ġejjin:

Punt

Latitudni lejn it-Tramuntana

Lonġitudni lejn il-Punent

A

13° 39′ 00″

20° 04′ 25″

B

14° 51′ 00″

20° 04′ 25″

C

14° 55′ 00″

20° 00′ 00″

D

15° 10′ 00″

19° 51′ 30″

E

15° 25′ 00″

19° 44′ 50″

F

15° 40′ 00″

19° 38′ 30″

G

15° 55′ 00″

19° 35′ 40″

H

16° 04′ 05″

19° 33′ 30″

Skont it-Trattat li r-Repubblika ta' Cape Verde u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania ffirmaw bejniethom, il-fruntiera marittima bejn iż-żewġ pajjiżi hija delimitata mill-punti li ġejjin:

Punt

Latitudni lejn it-Tramuntana

Lonġitudni lejn il-Punent

H

16° 04,0′

019° 33,5′

I

16° 17,0′

019° 32,5′

J

16° 28,5′

019° 32,5′

K

16° 38,0′

019° 33,2′

L

17° 00,0′

019° 32,1′

M

17° 06,0′

019° 36,8′

N

17° 26,8′

019° 37,9′

O

17° 31,9′

019° 38,0′

P

17° 44,1′

019° 38,0′

Q

17° 53,3′

019° 38,0′

R

18° 02,5′

019° 42,1′

S

18° 07,8′

019° 44,2′

T

18° 13,4′

019° 47,0′

U

18° 18,8′

019° 49,0′

V

18° 24,0′

019° 51,5′

X

18° 28,8′

019° 53,8′

Y

18° 34,9′

019° 56,0′

Z

18° 44,2′

020° 00,0′

APPENDIĊI 2

MIŻURI TEKNIĊI TA' KONSERVAZZJONI

1.   Miżuri li japplikaw għall-kategoriji kollha:

(a)

Speċijiet ipprojbiti:

F'konformità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Speċijiet Migratorji ta' Annimali Selvaġġi (CMS, Convention on the Conservation of Migratory Species of Wild Animals) u mar-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT, huwa pprojbit is-sajd għall-manta ġganta (Manta birostris), għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-iSphyrnidae (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis).

Is-sajd għall-kelb il-baħar tat-tip Rhincondon typus huwa pprojbit skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Cape Verde. Projbizzjoni fuq it-tneħħija tax-xewka tal-kelb il-baħar:

Huwa pprojbit li wieħed ineħħi x-xewka tal-kelb il-baħar abbord il-bastimenti u li wieħed iżomm abbord, jittrażborda jew iħott l-art ix-xewka tal-kelb il-baħar. Mingħajr preġudizzju għal dan ta' hawn fuq, sabiex tkun iffaċilitata l-ħażna abbord, ix-xewka tal-kelb il-baħar tista' tinqata' b'mod parzjali u tintewa għal fuq il-karkassa, iżda ma tistax titneħħa minn mal-karkassa qabel ma din tinħatt l-art.

(b)

Trażbord fuq il-baħar:

It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. Kull trażbord irid isir fl-ilmijiet ta' port ta' Cape Verde li jkun awtorizzat għal dan il-għan.

2.   Miżuri speċifiċi

SKEDA 1: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIL-QASBA U X-XLIEF

(1)

Żona tas-sajd: lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi

(2)

Irkaptu awtorizzat: il-qasab u x-xlief

(3)

Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis)

Qabdiet inċidentali: konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

SKEDA 2: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI

(1)

Żona tas-sajd: lil hinn minn 18-il mil nawtiku mil-linja bażi, filwaqt li titqies in-natura ta' arċipelagu taż-żona tas-sajd ta' Cape Verde

(2)

Irkaptu awtorizzat: it-tartaruni

(3)

Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis)

Qabdiet inċidentali: konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

SKEDA 3: BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

(1)

Żona tas-sajd: lil hinn minn 18-il mil nawtiku mil-linja bażi

(2)

Irkaptu awtorizzat: il-konzijiet tal-wiċċ

(3)

Speċijiet fil-mira: il-pixxispad (Xiphias gladius), il-ħuta kaħla (Prionace glauca), it-tonn isfar (Thunnus albacares) u t-tonn obeż (Thunnus obesus)

Qabdiet inċidentali: konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

3.   Aġġornament

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kummissjoni Konġunta sabiex jaġġornaw dawn il-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni abbażi ta' rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.

APPENDIĊI 3

FORMOLA TA' APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN CAPE VERDE U L-UNJONI EWROPEA

I.   L-APPLIKANT

1.

Isem l-applikant:

2.

Isem l-organizzazzjoni tal-produtturi jew sid il-bastiment:

3.

Indirizz tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' sid il-bastiment:

4.

Numru tat-telefown:

Numru tal-faks:

Indirizz tal-posta elettronika:

5.

Isem il-kaptan:

Nazzjonalità:

Indirizz tal-posta elettronika:

6.

Isem l-aġent lokali u l-indirizz tiegħu:

II.   L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT

7.

Isem il-bastiment:

8.

Stat tal-bandiera:

Port tar-reġistrazzjoni:

9.

Immarkar estern:

MMSI:

Numru tal-OMI:

10.

Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali (JJ/XX/SSSS): …/…/…

Il-bandiera ta' qabel (jekk kien hemm):

11.

Post tal-kostruzzjoni:

Data (JJ/XX/SSSS): …/…/…

12.

Frekwenza tas-sejħa bir-radju: HF:

VHF:

13.

Numru tat-telefown bis-satellita:

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS):

III.   KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT

14.

Tul totali tal-bastiment (f'metri):

Wisa' totali (f'metri):

Tunnellaġġ (mogħti f'TG skont il-konvenzjoni ta' Londra):

15.

Tip ta' magna:

Qawwa tal-magna (f'kW):

16.

Għadd ta' membri tal-ekwipaġġ:

17.

Metodu ta' konservazzjoni abbord:

☐ bis-silġ

☐ żamma fil-friġġ

☐ metodu mħallat

☐ żamma fil-friża

18.

Kapaċità ta' pproċessar kuljum (fuq 24 siegħa) f'tunnellati:

Għadd ta' stivi għall-ħut:

Kapaċità totali tal-istivi għall-ħut (f'm3):

19.

VMS – dettalji dwar l-istrument għall-monitoraġġ awtomatiku tal-pożizzjoni:

Manifattur:

Mudell:

Numru tas-serje:

Verżjoni tas-softwer:

Operatur tas-satellita (MCSP):

IV.   ATTIVITÀ TAS-SAJD

20.

Irkaptu tas-sajd awtorizzat:

☐ tartaruni tal-borża

☐ konzijiet

☐ qasab u xlief

21.

Post fejn jinħattu l-art il-qabdiet:

22.

Perjodu ta' liċenzja mitlub minn (JJ/XX/SSSS) …/…/… sa (JJ/XX/SSSS) …/…/…

Jien, il-firmatarju t'hawn taħt, niċċertifika li t-tagħrif mogħti f'din il-formola huwa veru u korrett u mogħti bona fide.

Magħmul fi …, nhar il-…/…/

Firma tal-applikant: ….

APPENDIĊI 4

SISTEMA TA' MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI

1.   Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – VMS

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta' wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun hemm bżonn, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta' tliet snin.

2.   Trażmissjoni mill-bastiment f'każ ta' ħsara fil-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f'kull ħin li l-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b'mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

F'każ ta' ħsara, il-VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien 30 jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa' awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde.

Il-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde b'VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta' ittra elettronika, bir-radju jew permezz ta' faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba' sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.   Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Cape Verde

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta' Cape Verde. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta' Cape Verde għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull bidla f'dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta' Cape Verde għandha ssir b'mod elettroniku bl-użu ta' sistema sigura tal-komunikazzjoni.

Iċ-ĊMS ta' Cape Verde għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b'kull interruzzjoni fir-riċezzjoni tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4.   Ħsara fis-sistema ta' komunikazzjoni

Cape Verde għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu jkun kompatibbli ma' dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-Unjoni minnufih b'kull ħsara fil-komunikazzjoni u fir-riċezzjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni Konġunta għandha tipprova ssolvi kwalunkwe tilwim li jista' jirriżulta minn dan.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli jekk jinstab li li saret xi manipulazzjoni tal-VMS tal-bastiment bl-għan li tfixkel l-operat ta' din is-sistema jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni ta' Cape Verde li tkun fis-seħħ.

5.   Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta' evidenza ddokumentata li tipprova ksur, Cape Verde jista' jitlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-Unjoni, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull nofsiegħa għal perjodu partikolari tal-investigazzjoni. Cape Verde għandu jibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibda jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Cape Verde bil-frekwenza l-ġdida.

Fi tmiem il-perjodu partikolari tal-investigazzjoni, Cape Verde għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b'kull monitoraġġ li jista' jkun meħtieġ.

6.   Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lil Cape Verde

Element tad-data

Kodiċi

Obbligatorju (O)/Fakultattiv (F)

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Speditur

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166)

Stat tal-bandiera

FS

O

Detall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)

Tip ta' messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN)

Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS)

RC

O

Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

Numru ta' referenza intern tal-Parti Kontraenti

IR

F

Dettall dwar il-bastiment – In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru

Numru tar-reġistrazzjoni estern

XR

O

Dettall dwar il-bastiment – In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

LT

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S GG.ggg (WGS84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W GG.ggg (WGS84)

Rotta

CO

O

Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360°grad

Veloċità

SP

O

Il-veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

Mat-trażmissjoni trid tintbagħat l-informazzjoni li ġejja sabiex iċ-ĊMS ta' Cape Verde jkun jista' jidentifika iċ-ĊMS li jkun bagħat l-informazzjoni:

 

L-indirizz IP tas-server taċ-ĊMS u/jew ir-referenzi tad-DNS

 

Iċ-ċertifikat tal-SSL (il-katina sħiħa tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni).

It-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:

 

Il-karattri użati jridu jkunu konformi mal-istandard tal-ISO 8859.1.

 

Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ.

 

Kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħrajn tad-data permezz ta' linja mmejla doppja (//).

 

Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-data.

 

Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ.

APPENDIĊI 5

IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA ELETTRONIKA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD (ERS)

Reġistrazzjoni ta' data dwar is-sajd u komunikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet permezz tal-ERS

1.

Meta jkun fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni maħruġa taħt dan il-Protokoll għandu:

(a)

jirreġistra kull dħul fiż-żona tas-sajd u kull ħruġ minnha permezz ta' messaġġ speċifiku li jindika l-kwantitajiet ta' kull speċi li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta' tali dħul fiż-żona tas-sajd jew ta' tali ħruġ minnha, kif ukoll id-data, il-ħin u l-pożizzjoni li fihom ikun se jsir dak id-dħul jew dak il-ħruġ. Dan il-messaġġ għandu jintbagħat liċ-ĊMS ta' Cape Verde permezz tal-ERS jew b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni sa mhux aktar tard minn sagħtejn qabel id-dħul jew il-ħruġ;

(b)

jirreġistra l-pożizzjoni tal-bastiment kuljum f'nofsinhar jekk ma tkun twettqet l-ebda attività tas-sajd;

(c)

għal kull ħidma tas-sajd li tkun twettqet, jirreġistra l-pożizzjoni fejn din tkun twettqet, it-tip ta' rkaptu li jkun intuża u l-kwantitajiet ta' kull speċi maqbuda, filwaqt li jagħmel distinzjoni bejn il-qabdiet li jkunu nżammu abbord u dawk li jkunu ġew skartati. Kull speċi trid tiġi identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, waqt li l-kwantitajiet iridu jingħataw f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;

(d)

jibgħat lill-Istat tal-bandiera tiegħu, kuljum u sa mhux iktar tard minn nofs il-lejl, id-data li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta' abbord tas-sajd. Din id-data trid tintbagħat għal kull jum li l-bastiment iqatta' fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, anke jekk ma tkun saret l-ebda qabda. Trid tintbagħat data ukoll qabel ma l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd.

2.

Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-data rreġistrata u mibgħuta.

3.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tal-Anness ta' dan il-Protokoll, l-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data tal-ERS għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta' Cape Verde.

Id-data bil-format UN/CEFACT għandha tiġi trażmessa permezz tan-netwerk FLUX li l-Kummissjoni Ewropea tqiegħed għad-dispożizzjoni.

Alternattivament, sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, id-data għandha tiġi trażmessa permezz tad-DEH (id-“Data Exchange Highway”) fil-format EU-ERS (fil-verżjoni 3.1 tiegħu).

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji li jkun qed jibgħat il-bastiment (il-messaġġi COE, COX u PNO) liċ-ĊMS ta' Cape Verde. Għandhom jintbagħtu awtomatikament ukoll tipi ta' messaġġi oħrajn darba kuljum mid-data meta jibda jintuża b'mod effettiv il-format UN-CEFACT jew, sa meta jseħħ dan, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS ta' Cape Verde mingħajr dewmien meta ssir talba awtomatika għalihom liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tan-nodu ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea. Minn meta jiġi implimentat b'mod effettiv il-format il-ġdid, il-mod ta' trażmissjoni msemmi l-aħħar għandu jikkonċerna biss talbiet speċifiċi għal data storika.

4.

Iċ-ĊMS ta' Cape Verde għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu billi jibgħat messaġġ ta' ritorn li fih jikkonferma r-riċezzjoni tad-data u l-validità tal-messaġġ li huwa rċieva. Ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla fil-każ tad-data li Cape Verde jirċievi bi tweġiba għal talba li jkun għamel huwa stess. Cape Verde għandu jittratta d-data kollha tal-ERS b'mod kunfidenzjali.

Falliment tas-sistema ta' trażmissjoni elettronika abbord il-bastiment jew tas-sistema ta' komunikazzjoni

5.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta' Cape Verde għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien b'kull avveniment li jista' jaffettwa t-trażmissjoni tad-data tal-ERS ta' bastiment wieħed jew iktar.

6.

Jekk iċ-ĊMS ta' Cape Verde ma jirċevix id-data li bastiment suppost jibgħat, għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera mingħajr dewmien b'dan. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jipprova jara malajr kemm jista' jkun għalfejn dan ma rċeviex din id-data tal-ERS u għandu jgħarraf liċ-ĊMS ta' Cape Verde bir-riżultat ta' dawk l-investigazzjonijiet.

7.

Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, iċ-ĊMS għandu jgħarraf lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant jew rappreżentanti tagħhom mingħajr dewmien b'dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b'kull mezz xieraq ta' telekomunikazzjoni kuljum sa mhux iktar tard minn nofs il-lejl.

8.

F'każ ta' ħsara fis-sistema ta' trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Ladarba jgħaddi dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jkollu joħroġ minn din iż-żona jew jidħol f'port ta' Cape Verde fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment ma għandux jiġi awtorizzat jitlaq minn dak il-port jew jerġa' jidħol fiż-żona tas-sajd sa meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun stabbilixxa li l-ERS qed terġa' taħdem kif suppost.

9.

Jekk Cape Verde ma jkunx irċieva d-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni jew ta' Cape Verde, il-Parti kkonċernata għandha tieħu azzjoni mill-ewwel biex issolvi l-ħsara malajr. Il-Parti l-oħra għandha tiġi notifikata hekk kif tissolva l-problema.

10.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat, kull 24 siegħa liċ-ĊMS ta' Cape Verde, b'kull mezz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli, id-data kollha tal-ERS li l-Istat tal-bandiera jkun irċieva mill-aħħar trażmissjoni. L-istess proċedura tista' tintuża fuq talba ta' Cape Verde f'każ ta' ħidma ta' manutenzjoni ta' iktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni. Cape Verde għandu javża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li d-data nieqsa tiddaħħal fil-bażi tad-data elettronika miżmuma minnu skont il-punt 3