31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/4


FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: l-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-konċessjonijiet tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Eċċellenza,

Għandi l-unur niktiblek biex ninfurmak dwar it-tilwima tad-WTO msemmija hawn fuq u r-riżultati tan-negozjati tagħna lejn soluzzjoni bi qbil reċiproku.

L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ dawn il-Kwoti Tariffarji (TRQ) (1):

TRQ ta' 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ ta' 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ erga omnes ta' 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219, b'rata ta' dazju ta' 8 % fi ħdan il-kwota

L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ it-TRQs imsemmija hawn fuq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Wara l-ftuħ tat-TRQs, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw dan il-Ftehim lill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (DSB - Dispute Settlement Body) bħala soluzzjoni bi qbil reċiproku skont l-Artikolu 3.6 tad-DSU b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam. Abbażi ta' dan, iċ-Ċina tikkonferma li, fir-rigward ta' DS492, la ser titlob il-bidu tal-proċeduri skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU u lanqas ma ser titlob is-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew obbligi oħra skont l-Artikolu 22.6 tad-DSU, sakemm l-Unjoni Ewropea tkun konformi mal-obbligi kollha tagħha skont dan il-Ftehim.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan ta' hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Dejjem tiegħek,

Cc. It-Tajlandja

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Genève, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Гενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Sastavljeno u Ženevi

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje,

Kelt Genfben,

Magħmul f'Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie, dnia

Feito em Genebra,

Întocmit la Geneva, la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä,

Utfärdat i Genève den

Image

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Image

B.   Ittra miċ-Ċina

Eċċellenza,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Għandi l-unur niktiblek biex ninfurmak dwar it-tilwima tad-WTO msemmija hawn fuq u r-riżultati tan-negozjati tagħna lejn soluzzjoni bi qbil reċiproku.

L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ dawn il-Kwoti Tariffarji (TRQ) (2):

TRQ ta' 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ ta' 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ erga omnes ta' 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219, b'rata ta' dazju ta' 8 % fi ħdan il-kwota

L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ it-TRQs imsemmija hawn fuq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Wara l-ftuħ tat-TRQs, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw dan il-Ftehim lill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (DSB - Dispute Settlement Body) bħala soluzzjoni bi qbil reċiproku skont l-Artikolu 3.6 tad-DSU b'rabta ma' DS492: LUnjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam. Abbażi ta' dan, iċ-Ċina tikkonferma li, fir-rigward ta' DS492, la ser titlob il-bidu tal-proċeduri skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU u lanqas ma ser titlob is-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew obbligi oħra skont l-Artikolu 22.6 tad-DSU, sakemm l-Unjoni Ewropea tkun konformi mal-obbligi kollha tagħha skont dan il-Ftehim.”

B'dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma' din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

Image

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Genève, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Гενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Sastavljeno u Ženevi

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje,

Kelt Genfben,

Magħmul f'Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie, dnia

Feito em Genebra,

Întocmit la Geneva, la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä,

Utfärdat i Genève den

Image

Image

За Китайската народна република

Por la República Popular China

Za Čínskou lidovou republiku

For Folkerepublikken Kina

Für die Volksrepublik China

Hiina Rahvavabariigi nimel

Για τη Λαϊκή Δημοκρατία της Κίνας

For the People's Republic of China

Pour la République populaire de Chine

Za Narodnu Republiku Kinu

Per la Repubblica popolare cinese

Ķīnas Tautas Republikas vārdā –

Kinijos Liaudies Respublikos vardu

A Kínai Népköztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Voor de Volksrepubliek China

W imieniu Chińskiej Republiki Ludowej

Pela República Popular da China

Pentru Republica Populară Chineză

Za Čínsku ľudovú republiku

Za Ljudsko republiko Kitajsko

Kiinan kansantasavallan puolesta

För Folkrepubliken Kina

Image


(1)  L-allokazzjoni liċ-Ċina għall-ewwel żewġ TRQs hija bi qbil mat-Tajlandja.

(2)  L-allokazzjoni liċ-Ċina għall-ewwel żewġ TRQs hija bi qbil mat-Tajlandja.