26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, iffirmat f'Marsilja fit-28 ta' Settembru 2008, daħal fis-seħħ fil-21 ta' Frar 2018, skont l-Artikolu 7(1) tal-Ftehim, peress li l-aħħar notifika ġiet iddepożitata fil-21 ta' Frar 2018.