10.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mozambique innotifikaw it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 113 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mill-4 ta' Frar 2018 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mozambique. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 12(4) ma għandux jiġi applikat proviżorjament.


(1)  ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.