29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1829]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 262/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII mal-Ftehim taż-ŻEE għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66we (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012):

“—

32016 R 2345: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11).”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 66wh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009):

“kif emendat bi:

32016 R 2345: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2345 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11.

(*1)  Ma huma indikari l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.