|
22.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 8/2017
tat-3 ta’ Frar 2017
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (2018/1742)
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1824 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 3/2014, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 44/2014 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 134/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi, tar-rekwiżiti marbutin mal-kostruzzjoni tal-vetturi u rekwiżiti ġenerali u r-rekwiżiti ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, rispettivament (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 46a (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 3/2014): “kif emendat bi:
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 46b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 44/2014): “kif emendat bi:
|
|
3. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 46d (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014): “kif emendat bi:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1824 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Frar 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 279, 15.10.2016, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.