|
23.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 250/2016
tat-2 ta' Diċembru 2016
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1186]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1371 tal-10 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1349 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1371 tirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/330/UE (4) u 2011/337/UE (5), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement jridu jitħassru skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 2g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE) jinbidel b'dan li ġej: “ 32016 D 1349: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (ĠU L 214, 9.8.2016, p. 16).” |
|
2. |
It-test tal-punt 2q (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE) jinbidel b'dan li ġej: “ 32016 D 1371: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1371 tal-10 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 9).” |
|
3. |
It-test tal-punt 2s (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE) jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet (UE) 2016/1349 u (UE) 2016/1371 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(1) ĠU L 214, 9.8.2016, p. 16.
(2) ĠU L 217, 12.8.2016, p. 9.
(3) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27.
(5) ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.