24.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/19


DEĊIŻJONI Nru 1/JP/2018 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ĠAPPUN

tas-27 ta' April 2018

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir Terminali tat-Telekomunikazzjoni u t-Tagħmir tar-Radju [2018/759]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun, u b'mod partikolari l-Artikoli 8(3)(a) u 9(1)(b) tiegħu;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati hawn taħt huma rreġistrati skont l-Anness Settorjali tal-Ftehim dwar it-Tagħmir Terminali tat-Telekomunikazzjoni u t-Tagħmir tar-Radju, għall-prodotti u l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità kif indikat hawn taħt.

UL Japan, Inc.:

Isem, akronimu u dettalji ta' kuntatt tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità:

Isem: UL Japan, Inc.

Akronimu: ULJ

Indirizz: 4383-326 Asama-cho Ise-shi Mie 516-0021, Japan

Numru tat-telefown: +81 596248999

Numru tal-fax +81 596248124

Indirizz tal-posta elettronika: emc.jp@jp.ul.com

L-indirizz URL: http://greaterasia-ul.com/ja/

Il-persuna ta' kuntatt tal-CAB maħtur: Is-Sur Tetsuya HASHIMOTO

L-ambitu ta' reġistrazzjoni f'termini ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità:

 

Il-prodotti:

(1)

Tagħmir tar-radju ta' medda qasira (limitat għal tagħmir tar-radju suġġett għal EN 300 220-2, EN 300 220-3-1, EN 300 220-3-2, EN 300 220-4, EN 300 330, EN 300 440, EN 301 091-1, EN 301 091-2, EN 301 091-3, EN 302 264-2 jew EN 305 550-2);

(2)

Sistemi ta' trażmissjoni wideband ta' 2,4 GHz (limitati għal tagħmir tar-radju suġġett għal EN 300 328);

(3)

Tagħmir tat-telefowns ċellulari (limitat għal tagħmir tar-radju suġġett għal EN 301 511, EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-10, EN 301 908-13, EN 301 908-19 jew EN 301 908-21);

(4)

Mikrofoni bla fili (limitati għal tagħmir tar-radju suġġett għal EN 300 422-1, EN 300 422-2, EN 300 422-3, EN 300 422-4, EN 300 454-2, jew EN 301 357);

(5)

Netwerk ta' żona lokali bir-radju b'banda ta' 5 GHz u 60 GHz (limitat għal tagħmir tar-radju suġġett għal EN 301 893 jew EN 302 567);

(6)

Riċevituri tax-xandir (limitati għal tagħmir tar-radju suġġett għal EN 303 340, EN 303 345, EN 303 372-1, EN 303 372-2 jew EN 303 413);

(7)

Sistemi ta' radar tal-vetturi (limitati għal tagħmir tar-radju suġġett għal EN 302 858-2);

(8)

Sistemi ta' ingassi induttivi maħsuba biex jgħinu lil persuni neqsin mis-smigħ (limitati għal tagħmir tar-radju skont EN 303 348);

(9)

Sistemi li jużaw teknika tar-radju taħt id-9 kHz (minbarra tagħmir tar-radju suġġett għal EN 303 348).

 

Proċeduri ta' Valutazzjoni tal-Konformità:

Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artiklu 17 u l-Anness III tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TELECOM ENGINEERING CENTER:

Isem, akronimu u dettalji ta' kuntatt tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità:

Isem: TELECOM ENGINEERING CENTER

Akronimu: TELEC

Indirizz: 5-7-2, Yashio, Shinagawa-ku, Tokyo, 140-0003, Japan

Numru tat-telefown: +81 337990137

Numru tal-fax +81 337907152

Indirizz tal-posta elettronika: rftest@telec.or.jp

L-indirizz URL: http://www.telec.or.jp/eng/Index.html

Il-persuna ta' kuntatt tal-CAB maħtur: Kazuyuki KUGA

L-ambitu ta' reġistrazzjoni f'termini ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità:

 

Prodotti:

(1)

Tagħmir tar-radju ta' medda qasira (limitat għal tagħmir tar-radju inkluż fil-medda li japplikaw għaliha 300 220-2, EN 300 220-3-1, EN 300 220-3-2, EN 300-220-4, EN 300 330, EN 300 440-2, EN 301 489-1, EN 301 489-3 jew EN 302-291-2.)

(2)

Sistemi ta' trażmissjoni wideband ta' 2,4 GHz (limitati għat-tagħmir tar-radju li jidħol fil-medda li għaliha japplikaw EN 300 328, EN 301 489-1 jew EN 301 489-17.)

(3)

Netwerk ta' żona lokali bir-radju b'banda ta' 5 GHz (limitat għat-tagħmir tar-radju li jidħol fil-medda li għaliha japplikaw EN 301-489-1, EN 301 489-17 jew EN 301 893.)

 

Proċeduri ta' Valutazzjoni tal-Konformità:

Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artiklu 17 u l-Anness III tad-Direttiva 2014/53/UE.

2.

Din id-deċizjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tkun iffirmata mill-Kopresidenti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

Iffirmata f'Tokjo, id-9 ta' April 2018.

F'isem il-Ġappun

Daisuke OKABE

Iffirmata fi Brussell, is-27 ta' April 2018.

F'isem il-Komunità Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA


(1)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).