22.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 197/2016

tat-23 ta’ Settembru 2016

li temenda l-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/453]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE sabiex jiġi inkluż ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/758 tal-4 ta’ Frar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ sseħħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fl-inċiż (ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 31 tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32016 R 0758: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2016/758 tal-4 ta’ Frar 2016 (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 3).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 126, 14.5.2016, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.