15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 162/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2018/383]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (1).

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 17 (Skambju telematiku ta’ dejta) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 1, jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2016, jieħdu sehem fil-proġetti u fl-attivitajiet tal-programm tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 6(d).”

2.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 5:

“5a.

L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi fil-paragrafu 6(d), jipparteċipaw bis-sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Kumitat dwar Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi, in-Negozji u ċ-Ċittadini Ewropej (il-Kumitat ISA2), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, fil-ġestjoni u fl-iżvilupp ta’ dak il-programm.”

3.

Fil-paragrafu 6, jiddaħħal dan li ġej:

“(d)

bil-ħsieb ta’ parteċipazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2016:

32015 D 2240: Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).

Il-Liechtenstein għandu jkun eżentat mill-parteċipazzjoni f’dan il-programm u mill-kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

ħandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.