15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 150/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/372]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/621 tal-21 ta’ April 2016 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/622 tal-21 ta’ April 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0621: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/621 tal-21 ta’ April 2016 (ĠU L 106, 22.4.2016, p. 4),

32016 R 0622: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/622 tal-21 ta’ April 2016 (ĠU L 106, 22.4.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/621 u (UE) 2016/622 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 106, 22.4.2016, p. 4.

(2)  ĠU L 106, 22.4.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.