|
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
NRU 148/2016
tat-8 ta’ Lulju 2016
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/370]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/266 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 li jistabbilixxi metodi ta’ ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12zza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32016 R 0266: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/266 tas-7 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 54, 1.3.2016, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2016/266 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.