15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 145/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/367]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/305 tat-3 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f’dak li għandu x’jaqsam mas-sustanza “ġentamicina” (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/312 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza “tilvalosina” (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0305: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/305 tat-3 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 35),

32016 R 0312: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/312 tal-4 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 60, 5.3.2016, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/305 u (UE) 2016/312 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 58, 4.3.2016, p. 35.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2016, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.