15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 139/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/361]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/704 tat-30 ta’ April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 rigward il-livell massimu ta’ PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) (1) maqbuda mis-selvaġġ għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/705 tat-30 ta’ April 2015 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid tal-kampjuni u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ aċidu eruċiku f’oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2015/705 iħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-prodotti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

“—

32015 R 0704: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/704 tat-30 ta’ April 2015 (ĠU L 113, 1.5.2015, p. 27).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 107 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1898):

“108.

32015 R 0705: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/705 tat-30 ta’ April 2015 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid tal-kampjuni u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ aċidu eruċiku f’oġġetti tal-ikel u li jħassar id-Direttiva 80/891/KEE (ĠU L 113, 1.5.2015, p. 29).”

3.

It-test tal-punt 27 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/891/KEE) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/704 u (UE) 2015/705 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 113, 1.5.2015, p. 27.

(2)  ĠU L 113, 1.5.2015, p. 29.

(3)  ĠU L 254, 27.9.1980, p. 35.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.