7.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (1). Konsegwentement, il-Ftehim għandu, skont l-Artikolu tiegħu nru 10(2)(a), jiġi applikat proviżorjament mis-7 ta' Novembru 2017.

Bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1792 (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, il-Ftehim għandu, skont it-termini tiegħu, jiġi applikat proviżorjament skont l-Artikoli 9 u 10 tal-Ftehim, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 258, 6.10.2017, p. 4.

(2)  ĠU L 258, 6.10.2017, p. 1.