1.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/1 |
Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika (SPA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra
Il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika (SPA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussell fit-30 ta' Ottubru 2016, għandu, skont l-Artikolu 30.2 tiegħu, jiġi applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' April 2017. Bis-saħħa tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod proviżorju bejn l-Unjoni u l-Kanada, iżda biss sa fejn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, inkluż kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:
(a) |
Titolu I: l-Artikolu 1; |
(b) |
Titolu II: l-Artikolu 2; |
(c) |
Titolu III: l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7(b); |
(d) |
Titolu IV:
|
(e) |
Titolu V: l-Artikolu 23(2); |
(f) |
Titolu VI: l-Artikoli 26, 27 u 28; |
(g) |
Titolu VII: l-Artikoli 29, 30, 31, 32, 33 u 34, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim. |
(1) ĠU L 329, 3.12.2016, p. 45.